L-Aħbarijiet

Il-libertà tagħna trid tibda mill-qalb – L-Arċisqof lill-persuni li jgħixu l-ħabs

Quddiesa fil-festa ta' Kristu Re

  Il-kappella tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li ntgħażel din is-sena għall-festa ta’ Kristu Re jippreżenta lil Ġesù taħt arrest. Wara lejl ta’ interrogazzjoni mis-Sinedriju, u l-kundanna tal-poplu tiegħu, jinġieb quddiem Pilatu għax il-Lhud kienu interessati li lil Ġesù jakkużawh b’xi ħaġa li twasslu għall-mewt. Id-djalogu bejn din il-persuna arrestata u ttorturata (li hu Ġesù) u l-poter Ruman hu djalogu, li llum jipprova jispjegalna min hu Ġesù Sultan… Kompli aqra »

“Ngħinu 60 familja bil-lunches tat-tfal” – il-Fondazzjoni St Jeanne Antide

Il-prezzijiet tal-kirjiet qed iwasslu għal aktar faqar

Ritratt: Unsplash

Il-Ħadd li għadda kien il-Jum Assoċjat mal-Fqar, u f’Malta l-faqar ġerħa daqskemm hu ġerħa f’pajjiżi oħra żviluppati anke jekk forsi hawn min jaħseb li kollox ward u żahar.

Waqt What’s On Newsbook fuq RTK103 tkellimna ma’ Miriam Grech, family support worker mal-Fondazzjoni Santa Antida f’Ħal Tarxien. Din il-fondazzjoni tgħin lill-familji vulnerabbli permezz ta’ erba’ ħaddiema soċjali u għajnuna strutturata. Huma jgħinu lill-familja kollha b’mod olistiku mhux l-individwu biss li jitlob l-għajnuna… Kompli aqra »

“Il-Knisja hi bħal sptar f’kamp tal-battalja; iddewwi bil-balzmu tal-kelma” – Mons. Hector Scerri

Fil-Kurja tal-Arċisqof saret it-tnedija ta' żewġ kotba, wieħed ta' Mons. Scerri u ieħor tal-Isqof Alfred Xuereb

Mons. Hector Scerri ppubblika ktieb bl-isem ‘Chiesa, Vieni Fuori’ li jitratta riflessjoni dwar il-Knisja li reġgħet inġabret mill-ġdid.

Waqt it-tnedija ta’ żewġ kotba, wieħed tiegħu u l-ieħor ta’ Mons. Alfred Xuereb dwar l-esperjenza tiegħu mal-Papa Benedittu XVI fir-Refettorju tal-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, Scerri qal li l-Knisja nġabret mill-ġdid wara li għaddiet “minn dak li nsejħulu eżilju eżistenzjali.”

Kompla li “fid-dawl tal-kelma ta’ Alla anki f’dak li nsibu fil-kotba ta’ Neħemija u Eżra hija l-Knisja li tinġabar mill-ġdid kif għamlu l-profeti fit-testment il-qadim li ġabru l-Knisja mill-ġdid”… Kompli aqra »

Knisja li tħares b’tama u ħniena

Assemblea Djoċesana 2024

  Is-Sala taċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK), Birkirkara

L-Arċidjoċesi ta’ Malta laqqgħet l-assemblea djoċesana annwali li matulha ngħata rendikont tal-ħidma tal-Knisja f’Malta fil-kuntest tal-proċess ta’ tiġdid ekkleżjali ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’, kif ukoll it-tħejjija għall-Ġublew tat-Tama li se jiġi ċċelebrat is-sena d-dieħla.

Fid-diskors tiegħu, l-Arċisqof Charles Scicluna tkellem fuq il-prijoritajiet tal-ħidma tal-Knisja f’Malta u fuq kif qed twieġeb għall-ħtiġijiet tas-soċjetà, fosthom permezz tad-djar tat-tfal u l-anzjani, il-ftuħ ta’ ċentri tal-komunità, is-sapport fil-kura paljattiva, l-għajnuna lil min hu bil-ġuħ, u l-promozzjoni ta’ żvilupp u empowerment għat-tfal u żgħażagħ b’diżabbiltà… Kompli aqra »

Sena ta’ tama u ħniena – L-Arċisqof

  Is-Sala taċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan id-diskors fl-Assemblea Djoċesana jagħtini l-opportunità biex naqsam magħkom ilkoll l-ispirtu ta’ żewġ avvenimenti ekkleżjali importanti li ġraw matul din is-sena u li ħerqan nistenna magħkom is-Sena Mqaddsa 2025.

L-ewwel avveniment ekkleżjali li ħalla marka fuq l-esperjenza tagħna bħala Knisja f’Malta, bħala l-Poplu t’Alla pellegrin f’Malta, kienet iż-żjara tal-Ad Limina tal-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex f’Mejju li għadda… Kompli aqra »

L-ewwel jum tal-Assemblea Djoċesana: il-futur tal-Knisja f’sinodalità

  Is-Sala taċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara

Il-Ħamis 21 ta’ Novembru 2024 ingħata bidu għall-Assemblea Djoċesana 2024. Din bdiet permezz b’mument ta’ talb u riflessjoni minn persuna mhux Maltija, li saret Kattolika wara tliet snin tgħix Malta, u li għamlet dan meta bdiet tirrealizza li hemm vojt f’ħajjitha.

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi introduċa l-Assemblea u spjega x’se jiġri matul l-assemblea ta’ din is-sena, is-sinodu djoċesan li ilu għaddej 25 sena u kif il-Knisja f’Malta se tkompli taħdem biex tgħix f’sinodalità, “li tibqa’ dejjem ta’ sfida kbira għall-Knisja li ngħaqqdu flimkien il-parteċipazzjoni u l-kreattività mal-unità, mal-armonija, fid-direzzjoni u fil-ħidma”… Kompli aqra »

100 sena mit-talba ‘Vestis Honoris’

Fl-anniversarju tal-100 sena tat-talba miktuba minn San Ġorġ Preca, Vestis Honoris (Libsa ta’ Ġieħ), is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija ċċelebrat din l-okkażjoni b’ċelebrazzjoni ta’ ringrazzjament lil Alla u lil Madonna fil-Kolleġġjata  tal-Immakulata Kunċizzjoni f’Bormla. Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru, 2024, il-membri u l-kandidati kollha ta’ Malta inġabru biex jirringrazzjaw lil Alla għall-fatt li San Ġorġ Preca kien ispirat li jikteb dan l-innu ta’ ġieħ lill-Madonna quddiem ix-xbiha tal-kwadru titulari tal-Kunċiżżjoni fl-istess Kolleġjata… Kompli aqra »

Il-Papa jħabbar summit tal-Vatikan fl-2025 għad-drittijiet tat-tfal

Pope Francis’ weekly General Audience on November 20 fell on International Day for the Rights of Children and Adolescents, which is dedicated to improving children’s welfare worldwide.

During the audience, the Pope announced a summit, the World Meeting on Children’s Rights, to be held at the Vatican on February 3, 2025.

The Pope greeted a group of about 100 children from the Community of Sant’Egidio present in St… Kompli aqra »

Il-Papa jħabbar id-data tal-kanonizzazzjoni ta’ Carlo Acutis

Il-Papa Franġisku ħabbar meta se jkun qed jiġi kanonizzat il-beatu żagħżugħ Carlo Acutis. Waqt l-Udjenza Ġenerali hu qal li l-kanonizazzjoni se ssir waqt il-Ġublew tat-Tama b’enfasi fuq l-Adoloxxenti bejn il-25 u s-27 t’April tal-2025.

Huwa ħabbar ukoll d-data ta’ meta se jsir qaddis Pier Giorgio Frassati. Dan se jiġi kanonizzat bejn it-28 ta’ Lulju u t’3 t’Awwissu 2025 waqt il-Ġublew taż-Żgħażagħ. Dan jibqa’ magħruf għall-karattru ċajtier tiegħu, l-imħabba għall-atletika, l-attiviżmu politiku u fuq kollox għal kemm kien jippromwovi l-virtujiet ma’ sħabu… Kompli aqra »

Il-Kappelli ta’ Malta – Vjaġġ Storiku

Missio Malta, f’kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, qed tniedi Il-Kappelli ta’ Malta – Vjaġġ Storiku, pjattaforma ġdida li tiftaħ tieqa fuq id-dinja affaxxinanti tal-kappelli u l-knejjes żgħar f’Malta u Għawdex.

Stmati li huma madwar 300 b’kollox, il-kappelli u l-knejjes żgħar f’Malta, Għawdex, u Kemmuna, għandhom storja importanti x’jirrakkontaw, hekk kif huma xhieda ta’ kapitlu sħiħ fil-wirt storiku rurali ta’ Malta. Il-Kappelli ta’ Malta – Vjaġġ Storiku se jipprovdi lill-viżitaturi b’mawra virtwali dettaljata ta’ dawn il-ġawhar, li se jkun aċċessibbli fuq kull apparat… Kompli aqra »