L-Aħbarijiet

L-Arċisqof itenni l-appell biex nirrispettaw l-istituzzjonijiet u lil xulxin

L-Arċisqof Charles Scicluna appella għal sentimenti ta’ dinjità waqt id-djalogu bejn il-politiċi, b’mod speċjali waqt il-kampanja elettorali li għaddejja bħalissa.

Filwaqt li ddikjara li jifhem li matul kampanja elettorali d-diskors ikun iktar imbaqbaq u l-kummenti jkunu iktar diretti, fakkar li l-poplu għandu bżonn is-serenità biex jagħmel l-għażliet tiegħu, u għandu bżonn ikun infurmat bis-sewwa.

Waqt il-programm Għal Kulħadd ma’ Christine Delicata fuq RTK103, l-Arċisqof Scicluna tenna l-appell tal-President ta’ Malta biex nirrispettaw l-istituzzjonijiet, u wkoll biex nirrispettaw lil xulxin… Kompli aqra »

Carlo Acutis se jiġi ddikjarat qaddis wara li ġie kkonfermat it-tieni miraklu

Id-Dikasteru għall-Kawżi tal-Qaddisin tal-Vatikan illum ħabbar li ġie attribwit miraklu ieħor bl-interċessjoni ta’ Carlo Acutis. Dan ifisser li dan iż-żagħżugħ se jiġi ddikjarat qaddis.

Il-miraklu jinvolvi l-fejqan ta’ tifla mill-Kosta Rika, li tgħix Firenze fl-Italja, li meta kellha 11-il sena waqgħet mir-rota u ġarrbet feriti gravi f’rasha. It-tifla ttieħdet l-isptar, fejn infetaħ il-kranju tagħha biex tittaffa l-pressjoni fuq il-moħħ, iżda s-sitwazzjoni baqgħet xorta kritika… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: L-umiltà hi virtù soda

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Katekeżi. Il-vizzji u l-virtujiet. 21. L-umiltà

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Nagħlqu dan iċ-ċiklu ta’ katekeżijiet billi nieqfu fuq virtù li ma tagħmilx parti mis-settenarju ta’ dawk kardinali u teologali, imma li hi fil-bażi tal-ħajja Nisranija: din il-virtù hija l-umiltà. Din hi l-ikbar antagonista tal-iktar mortali qalb il-vizzji, jiġifieri s-suppervja. Waqt li l-kburija u s-suppervja jonfħu lill-qalb tal-bniedem, u jagħmluna nidhru iktar minn dak li aħna, l-umiltà terġa’ tqiegħed kollox fid-dimensjoni t-tajba: aħna ħlejjaq tal-għaġeb imma limitati, bi preġji u difetti… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Id-dinja għandha bżonn il-paċi f’dan iż-żmien ta’ gwerra

We no longer have a “war fought piecemeal,” but a real “world war.” The Pope acknowledged this situation at the end of his Wednesday General Audience held with thousands of the faithful gathered in St. Peter’s Square.

Prayers for Ukraine, the Middle East, Myanmar

Pope Francis deviated from his prepared remarks and listed the countries suffering due to conflicts: “martyred Ukraine,” where the rain of Russian drones continues; the Middle East, where the death toll from bombings continues; and, Myanmar, with its internal crisis and the plight of the Rohingya… Kompli aqra »

“F’Gaża l-Insara spiċċaw jgħixu fil-knisja” – Il-Kustodju tal-Art Imqaddsa

Il-Franġiskani b'ħidma biex irażżnu l-mibegħda

Il-Kustodju tal-Art Imqaddsa, Patri Francesco Patton OFM qal li l-ftit Insara li għadhom f’Gaża spiċċaw jgħixu fil-knisja minħabba l-kunflitt imdemmi.

F’intervista ma’ Newsbook Malta, waqt iż-żjara li għamel lill-Provinċja Franġiskana Maltija hu stqarr li huma m’għandhomx patrijiet f’Gaża iżda qed jassistu lis-Sorijiet ta’ Madre Tereża li qed idewwu t-tfal feruti fil-gwerra. Huma kellhom kuntatt mal-iskola f’Gaża, li issa magħluqa għax sfat imġarrfa… Kompli aqra »

Tmien persuni adulti rċivew is‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof

Tmien persuni adulti rċivew is‑sagrament tal‑griżma tal‑isqof nhar il-Ħadd li għadda, 19 ta’ Mejju, fil‑festa tal‑Għid il‑Ħamsin (Pentekoste) mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi waqt quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Marija Lunzjata f’Ħal Balzan. Dawn il‑persuni huma minn pajjiżi differenti, fosthom Malta, Brażil, Franza, il‑Kolombja u l‑Ġermanja.

It‑tmien kandidati ilhom għal dawn l‑aħħar xhur jitħejjew minn katekisti li jagħmlu parti mill‑Ministeru għall‑Bidu tal‑Ħajja Nisranija tal‑Adulti fi ħdan l‑Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Il-Papa fir-Regina Caeli: Meta nisimgħu l-Kelma t’Alla t-tpaċpiċ fieragħ tagħna jiskot

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-festa ta’ Pentekoste t-tajba, il-jum it-tajjeb!

Illum, Solennità ta’ Pentekoste niċċelebraw l-inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq Marija u fuq l-Appostli. Fl-Evanġelju tal-liturġija Ġesù jitkellem dwar l-Ispirtu s-Santu u jgħid li Hu se jgħallimna “dak kollu li sama’’’ (ara Ġw 16:13). Imma xi tfisser din l-istqarrija? X’sama l-Ispirtu s-Santu? Dwar xiex qed jitkellem?

Ikellimna bi kliem li jesprimu sentimenti meraviljużi, bħalma huma l-għożża, il-gratitudni, il-fiduċja, il-ħniena… Kompli aqra »

Intervista: L-Osservatur tan-NU tas-Santa Sede jiddiskuti alternattivi effettivi għall-gwerra

The so-called “military solution” does not work, as evidenced by thousands of lives lost, families destroyed, homes, jobs, and infrastructure ruined, and therefore makes one aware that another path must be taken….

The Holy See’s Permanent Observer to the UN, Archbishop Gabriele Caccia, made this observation in a wide-ranging interview with Vatican Media.

During the conversation, the Observer discusses paths to peace, especially considering the wars in Ukraine and the Middle East, and asks whether there are tools, even within international diplomacy, that could facilitate de-escalation and that have not yet been utilized… Kompli aqra »