L-Aħbarijiet

Irtir ta’ ġurnata għall-Grupp San Ġorġ Preca

Nhar il-Ħadd 10 ta’ Novembru 2024, madwar 50 membru tal-Grupp San Ġorġ Preca (Malta) iltaqgħu fiċ-Ċentru għall-Konferenzi, Dar il-Ħanin Samaritan, għall-irtir annwali tagħhom. Waqt l-irtir huma irriflettew dwar it-tema “Tassew, ngħidilkom, kulma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi” (Mt 25, 40).

Il-ġurnata bdiet bit-talb tas-salmi u wara sar eżerċizzju fi gruppi dwar aspetti differenti tal-imħabba tal-proxxmu. Is-Sur Carmel Farrugia qasam ħsieb dwar it-tema u wara saret intervista lis-Sinjuri David Farrugia u Vanessa Engerer, li qasmu l-esperjenza tagħhom dwar kif bħala nsara jagħtu sehem fil-volontarjat… Kompli aqra »

Jinġabru €224,500 b’risq Caritas Malta

F’maratona li Caritas Malta organizzat matul il-jum tal-bieraħ bit-tema ‘Jimpurtani’ laħqet is-somma ta’ €224,495.

Il-ġbir ta’ fondi jmur b’risq il-persuni għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli f’ħajjithom, fosthom dawk li qed ibatu bil-vizzju tad-droga.

Mill-istudjos ta’ Fondazzjoni U f’Ħal Luqa, il-maratona damet madwar 12-il siegħa mill-11am sal-11pm, li matulhom il-poplu Malti u Għawdxi kien imħeġġeġ biex iċempel u jagħti d-donazzjoni tiegħu.

Eks klijenti ta’ Caritas Malta

L-Arċisqof Charles Scicluna żar il-maratona u appella biex inkunu l-vuċi ta’ mħabba lejn dawk għandhom bżonn l-għajnuna tagħna… Kompli aqra »

L-HR tal-Kurja tal-Arċisqof jingħata għat-tieni darba l-HR Quality Mark

L-HR Team tal-Kurja tal-Arċisqof (xellug): Dorianne Caruana, Ruth D’Amato, Dr Rebecca Gatt, Odienne Magro u Christine Sciberras

Il-Kurja tal-Arċisqof irċeviet għat-tieni darba l-Marka ta’ Kwalità tar-Riżorsi Umani, li tirrikonoxxi l-professjonaliżmu u l-prattika tajba tal-funzjoni tar-Riżorsi Umani.

Il-premju ġie ppreżentat lil Dr Rebecca Gatt, Direttur tar-Riżorsi Umani, waqt il-konferenza annwali tal-FHRD. Dr Gatt enfasizzat is-sinifikat ta’ din il-kisba, u qalet: “Il-fatt li t-tim tal-HR reġa’ ġie mogħti l-Marka tal-Kwalità tar-Riżorsi Umani turi l-impenn tal-Knisja għal standards għoljin f’oqsma ewlenin tar-Riżorsi Umani, inklużi l-istrateġija, it-tħaddin tal-ħiliet tal-impjegati, l-involviment, l-iżvilupp tal-karriera, u t-trawwim ta’ relazzjonijiet pożittivi fuq il-post tax-xogħol.”

It-Tim tar-Riżorsi Umani hu ta’ servizz għall-Kurja tal-Arċisqof u t-Tribunali Ekkleżjastiċi kif ukoll jgħin entitajiet oħra tal-Knisja fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Gradwazzjoni tal-istudenti ġodda tal-MCAST – 7 ta’ Novembru 2024, 6pm

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Teologu Ukren Ortodoss se jagħti taħdita dwar l-ekumeniżmu fi żmien ta’ instabilità politika

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Novembru, fis-6:30 pm, it-teologu Ortodoss, l-Arkimandrita Cyril Hovorun se jagħti taħdita bl-isem ta’ Ecumenism in a Time of Political Instability. Din it-taħdita se ssir fir-Refettorju tal-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, bħala parti miż-żjara qasira tiegħu f’Malta u bħala l-mistieden tal-Kummissjoni Ekumenika tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

Hovorun, imwieled fl-Ukrajna, huwa saċerdot u professur tat-teoloġija Ortodossa ġewwa Stokkolma fl-Isvezja, u ta konferenzi f’aktar minn 50 università u ċentru madwar id-dinja… Kompli aqra »

Sensiela kulturali fil-Knisja tal-Ġiżwiti f’Novembru: mużika, letteratura u arti

Is-serati jagħmlu parti mill-programm kulturali tal-oratorji

Bħala parti mill-programm kulturali tal-oratorji, il-Fondazzjoni tal-Knisja tal-Ġiżwiti se torganizza serata tal-mużika, nhar il-Ħamis 7 ta’ Novembru fis-7:30pm fil-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta. Is-serata se tinkludi mużika Franċiża tal-flautist Katie Bycroft u l-pjanista Gisèle Grima li se jkunu qed idoqqu x-xogħol tal-kompożituri bħal Ibert, Gaubert, u Godard.

Nhar il-Ħamis 14 ta’ Novembru, fis-7:30pm, Dr Bernard Micżallef, flimkien ma’ studenti mill-Għaqda tal-Malti tal-Università se jesploraw it-teatrin tar-rumanz Malti ta’ Juann Mamo, ‘Ulied in-Nanna Venut fl-Amerki’… Kompli aqra »

SDS jipparteċipaw f’diskussjonijiet dwar Prayer Spaces f’Rotterdam

Prayer Spaces Round Table (28th & 29th October 2024)

Representatives from Spiritual Development in Schools (SDS) participated in a roundtable event held in Rotterdam on October 28–29. This gathering brought together national coordinators from Malta, Germany, the United Kingdom, Ireland, Austria, Australia, South Africa, and France to discuss the Prayer Spaces in Schools project.

The two-day roundtable at Europort International Church provided a platform for national coordinators to share updates on the Prayer Spaces in Schools initiative… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: L-Ispirtu s-Santu jgħinna meta nitolbu

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

L-azzjoni santifikatriċi tal-Ispirtu s-Santu, barra fil-Kelma ta’ Alla u fis-Sagramenti, tidher ukoll fit-talb, u hu lil dan li rridu niddedikaw ir-riflessjoni tal-lum: it-talb. L-Ispirtu s-Santu huwa fl-istess waqt suġġett u oġġett tat-talb Nisrani. Jiġifieri hu Dak li jagħtina t-talb u hu Dak li hu mogħti lilna permezz tat-talb. Aħna nitolbu biex nirċievu l-Ispirtu s-Santu u nirċievu l-Ispirtu s-Santu biex nistgħu nitolbu tassew, jiġifieri bħala wlied Alla, mhux ilsiera… Kompli aqra »

Il-Knisja tippubblika Safeguarding Policy ġdida għall-ħarsien tal-minuri u l-adulti vulnerabbli

Il‑Knisja f’Malta u Għawdex ippubblikat Safeguarding Policy ġdida li tistabbilixxi standards ogħla għall‑entitajiet tal‑Knisja u li tpoġġi l‑wellbeing tal‑vittmi fiċ‑ċentru tax‑xogħol li jsir mis‑Safeguarding Commissions f’Malta u Għawdex.

Il‑policy il‑ġdida tistabbilixxi standards ta’ safeguarding li l‑entitajiet kollha tal‑Knisja huma mistennija jimxu magħhom. Permezz tal‑policy inħolqu strutturi li jindirizzaw l‑allegazzjonijiet li jsiru kemm fil‑konfront ta’ membri tal‑kleru kif ukoll fil‑konfront ta’ lajċi impjegati jew voluntiera… Kompli aqra »

Valletta FC u Caritas Malta jniedu kollaborazzjoni ta’ għarfien u sapport għar-riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga

Il-Kollaborazzjoni tingħata t-tema Bounce Back

Valletta FC u Fondazzjoni Caritas Malta jħabbru l-kollaborazzjoni bi skop ta’ għarfien dwar riabilitazzjoni mill-abbuż ta’ droga u wkoll bħala sapport lejn persuni li jinsabu fl-irkupru tagħhom. Din l-inizjattiva tħabbret mid-Direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt u Claudio Grech President tal-Valletta FC, li timmarka pass importanti fejn tgħaqqad l-isports mas-soċjal.

Il-kollaborazzjoni tiffaċilita l-qawwa tal-isport biex jitwassal messaġġ ta’ tama, resiljenza, u rkupru għall-persuni li huma dipendenti fuq sustanzi… Kompli aqra »