L-Aħbarijiet

Il-festa tal-Qaddisin Kollha u t-Tifkira tal-Mejtin kollha

Ritratt: Ian Noel Pace

Nhar il‑Ġimgħa, l‑1 ta’ Novembru 2024, fid-9:30am, l‑Arċisqof Charles Scicluna jiċċelebra quddiesa fil‑Festa tal‑Qaddisin Kollha, fil‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa fil‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana. Din il‑quddiesa se tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta.

L‑għada s‑Sibt, 2 ta’ Novembru, fid‑9:30am, Mons. Arċisqof jiċċelebra quddiesa b’suffraġju għall‑mejtin kollha fil‑Kappella tax‑Xirka tad‑Duluri fiċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata. Din il‑quddiesa se tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook MaltaKompli aqra »

L-istudenti tas-Seminarju tal-Arċisqof jilqgħu lill-President tal-Parlament Ewropew

Attività parti mill-Ġimgħa Ewropea għat-tnaqqis tal-iskart

  Is-Seminarju Minuri tal-Arċisqof, Tal-Virtù

Il-President tal-Parlament Ewropew żaret is-Seminarju Minuri tal-Arċisqof bħala parti mill-Ġimgħa Ewropea għat-tnaqqis tal-iskart.

Dr Roberta Metsola ltaqgħet mal-istudenti tas-sekondarja, fosthom membri tal-Kunsill tal-istudenti u l-Kunsill tal-Ekoskola. Flimkien huma esploraw suġġetti importanti bħad-dinjità tal-bniedem, l-għaqda, l-integrità, u t-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ prinċipju. Dawn il-konverżazzjonijiet enfasizzaw ir-rabta bejn il-valuri personali u r-responsabbiltà ambjentali.

L-istudenti tal-primarja iffukaw fuq kwistjonijiet ambjentali prattiċi. Il-President iddiskutiet il-ħela tal-ikel, u enfasizzat il-fatt li bir-responsabbiltà tal-konsum, wieħed jista’ jgħin kemm lill-ambjent kif ukoll lil dawk fil-bżonn… Kompli aqra »

Quddiesa għall-erwieħ tas-saċerdoti u r-reliġjużi li ħallewna fl-aħħar sena

Nhar it-Tlieta, 5 ta’ Novembru, fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina fis-6pm, se ssir quddiesa għall-erwieħ tas-saċerdoti u r-reliġjużi li mietu fl-aħħar tnax-il xahar.

Din il-quddiesa ssir kull sena fl-ewwel Tlieta ta’ Novembru bħala tifkira ta’ ħutna li ddedikaw ħajjithom għas-servizz tal-Mulej u tal-oħrajn. Fil-bidu jinqraw l-ismijiet tas-saċerdoti, il-patrijiet u s-sorijiet li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem minn Novembru li għadda.

Il-quddiesa se titmexxa mill-Arċisqof Charles Scicluna… Kompli aqra »

Laqgħa ta’ djalogu ma’ Fr James Hanvey SJ

Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru, Fr James Hanvey SJ se jkun qed jindirizza laqgħa ta’ djalogu bit-tema ‘F’Malta, kif nistgħu nkunu Knisja ta’ lajċi u kleru li naħdmu flimkien u bit-tama, minkejja l-isfidi‘. Din il-laqgħa se ssir mis-7pm sad-9pm fis-Sala tal-Oratorju tal-MSSP, Birkirkara.

Fr James Hanvey hu teologu, awtur u direttur tal-irtiri. Għallem f’Heythrop College fl-Università ta’ Londra u kien Founding Director of the Heythrop Institute for Religion, Ethics and Public Life… Kompli aqra »

‘Luce’: Il-mascot tal-Ġublew tat-Tama

Il-mascot tal-Ġublew 2025, jisimha “Dawl”, hu fuq it-tema tal-Ġublew, ‘Pellegrini tat-Tama. L-ilbies tal-mascot ‘Dawl’ hu dak tipiku tal-vjaġġatur: raincoat safra li jipproteġiha fil-maltemp, żarbun bit-tajn mill-mixja li għaddejja minnha, salib u bastun tal-pellegrini.

Għajnejn ‘Dawl’ huma kbar u jilmgħu hekk li jevokaw it-tama li titnissel fil-qalb tal-pellegrin u juru x-xewqa għall-ispiritwalità u r-rabta ma’ Alla, kif ukoll iwasslu messaġġ universali ta’ paċi u fraternità… Kompli aqra »

Sejħa għal kontribuzzjonijiet: aqsam l-esperjenzi u l-inizjattivi tiegħek

Il-parroċċi, l-entitajiet, l-għaqdiet, il-movimenti u l-gruppi li jiffurmaw parti mill-Knisja f’Malta huma mistiedna jaqsmu stejjer ta’ avvenimenti, attivitajiet u inizjattivi li jħallu impatt fil-komunitajiet tagħhom. Persuni li jistgħu jkunu ta’ ispirazzjoni għal nies oħra huma mistiedna wkoll jaqsmu wkoll l-esperjenzi tagħhom.

B’din l-istedina, il-Knisja f’Malta qed tħeġġeġ il-parteċipazzjoni tan-nies, tenfasizza l-avvenimenti importanti u taqsam ir-riżorsi sabiex tikber il-missjoni tal-Knisja u tkun iktar preżenti fis-soċjetà… Kompli aqra »

Irtir għall-kandidati żgħażagħ tal-SDC – “Tgħidx, ‘għadni żgħir'”.

Over the weekend, thirteen SDC Candidates attended a retreat at the Dar il-Ħanin Samaritan Conference Centre. Led by Fr. Brendan Gatt, the retreat centred on the theme “Do not say, ‘I am too young’” (Jer 1:7). The participants engaged in reflections on God’s call and our response to it, exploring faith, commitment, and the mission God entrusts to each of us. The retreat provided time for both personal and communal prayer and reflection… Kompli aqra »

Sinodalità: Konverżazzjoni bil-għan li twassalna nkunu aktar missjunarji

Pope Francis with all the Synod participants at the conclusion of the work of the General Assembly  (VATICAN MEDIA Divisione Foto)

The Final Document, adopted today after each of its 155 paragraphs were approved, has been published, and will not become the basis of an Exhortation by the Pope, who has decided that it should be released immediately in order to inspire the life of the Church… Kompli aqra »

Fondazzjoni Suret il-Bniedem tiċċelebra 25 sena ta’ tama għal persuni bla dar

Fondazzjoni Suret il-Bniedem, stabbilita mill-Kapuċċini fl-1999, illum is-Sibt 26 ta’ Ottubru bi kburija qed tfakkar il-25 anniversarju tagħha, filwaqt li tirrifletti fuq kwart ta’ seklu ta’ servizz iddedikat lill-individwi li qed jesperjenzaw sitwazzjoni li waslithom bla dar f’Malta.

Iggwidata mill-valuri ewlenin tal-kompassjoni, id-dinjità, u l-appoġġ għall-emarġinati, il-Fondazzjoni mhux biss ipprovdiet kenn iżda ħadmet ukoll bla heda biex terġa’ tagħti t-tama u d-dinjità lil dawk fil-bżonn… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Dur lejn Ġesù bil-fidi u t-tama

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Dear brothers and sisters, good Sunday!

Today the Gospel of the liturgy (Mk 10:46-52) tells us about Jesus who cures a man from blindness. His name is Bartimaeus, but the crowd in the street ignore him: he is a poor beggar. Those people do not have eyes for the blind man; they leave him, they ignore him. No caring gaze, no feeling of compassion… Kompli aqra »