L-Aħbarijiet

Il-Papa fl-Anġelus: Dur lejn Ġesù bil-fidi u t-tama

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Dear brothers and sisters, good Sunday!

Today the Gospel of the liturgy (Mk 10:46-52) tells us about Jesus who cures a man from blindness. His name is Bartimaeus, but the crowd in the street ignore him: he is a poor beggar. Those people do not have eyes for the blind man; they leave him, they ignore him. No caring gaze, no feeling of compassion… Kompli aqra »

Il-Qalb ta’ Ġesù turina t-triq fl-era moderna tal-AI, jgħid il-Papa fl-enċiklika ġdida “Dilexit nos”

Ħarġet illum ir-raba’ enċiklika tal-Papa Franġisku, Dilexit nos (“Huwa ħabbna”, Rum 8:37), b’sejħa għal għarfien imġedded tad-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù fl-era moderna u l-ħafna sfidi tagħha.

F’dan id-dokumet, il-Papa jargumenta li l-ispiritwalità tal-Qalb ta’ Ġesù toffri tweġiba vitali għal dik li hu jsejħilha “soċjetà likwida” ddominata mit-teknoloġija u l-konsumeriżmu.

Il-Papa jikteb: “Hekk kif qed ngħixu f’epoka ta’ superfiċjalità, ngħaġġlu mferfxin minn ħaġa għall-oħra mingħajr ma nafu eżattament għaliex, u nispiċċaw konsumaturi li ma jxebbagħna xejn u lsiera tal-mekkaniżmi ta’ suq li ma jimpurtahx mit-tifsira iktar profonda tal-ħajja tagħna, ilkoll għandna bżonn niskopru mill-ġdid l-importanza tal-qalb”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Itlob lill-Ispirtu s-Santu biex jipproteġi ż-żwieġ u t-tfal tiegħek

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

L-aħħar darba spjegajna dak li nistqarru fil-Kredu dwar l-Ispirtu s-Santu. Imma r-riflessjoni tal-Knisja ma waqfitx ma’ dik l-istqarrija qasira tal-fidi. Warajha ġiet, kemm fil-Lvant u kemm fil-Punent, l-opra ta’ Missirijiet u Dutturi kbar. Illum, b’mod partikulari, nixtiequ niġbru xi farka mid-duttrina tal-Ispirtu s-Santu żviluppata fit-tradizzjoni Latina, biex naraw kif din iddawwal il-ħajja Nisranija kollha u b’mod partikulari s-sagrament taż-żwieġ… Kompli aqra »

Attivitajiet organizzati fil-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl waqt ix-xahar missjunarju

Waqt ix-xahar t’Ottubru, xahar iddedikat għall-missjoni, il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl jgħix din it-tema b’mod speċjali. Waqt il-ġimgħa ta’ tħejjija għat-tfakkira ta’ Jum il-Missjoni nhar il-Ħadd 20 t’Ottubru, diversi attivitajiet ġew organizzati kemm għall-istudenti kif ukoll għall-istaff.

Iż-żewġ skejjel inġabru għall-quddies fejn semgħu l-esperjenzi ta’ missjoni tal-membri tal-istaff u tal-MSSP matul is-sajf li għadda. L-istudenti tal-iskola sekondarja kellhom l-opportunità li jiltaqgħu online ma’ diversi brothers tal-MSSP li bħalissa qed jgħixu fid-dar Internazzjonali tal-Formazzjoni fil-Filippini… Kompli aqra »

‘Dilexit nos’: Il-Papa se jippubblika enċiklika fuq il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù

Nhar il-Ħamis, il-Papa Franġisku se jippubblika Enċiklika ġdida dwar il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, fil-kuntest ta’ dinja “li donnha tilfet il-qalb tagħha”.

Dilexit nos (Huwa ħabbna) se tkun ir-raba’ enċiklika tal-Papa Franġisku, u se toħroġ fi żmien ta’ sfidi globali qawwija, fejn id-dinja hi mmarkata minn gwerer, żbilanċi soċjali u ekonomiċi, konsumeriżmu bla rażan, u tekonoloġiji li qed jheddu lin-natura umana.

B’dan id-dokument, il-Papa Franġisku se jsejjaħ għal bidla fil-perspettiva, u jħeġġeġ lill-umanità tiskopri mill-ġdid dak li hu l-aktar essenzjali: il-qalb… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Is-sejħa missjunarja tistieden lil kulħadd għal laqgħa ferrieħa mal-Mulej

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Qabel tintemm din iċ-ċlċebrazzjoni ewkaristika, irrodd ħajr lilkom ilkoll li ġejtu tagħtu ġieħ lill-Qaddisin il-ġodda.  Insellem lill-Kardinali, lill-Isqfijiet, lis-saċerdoti, lill-persuni konsagrati, partikolarment lill-Patrijiet Minuri u lill-fidili Maroniti, lill-Missjunarji rġiel u nisa tal-Consolata, lill-Piccole Suore tal-Familja Mqaddsa u lill-Oblate tal-iSpirtu s-Santu, kif ukoll lill-gruppi ta’ pellegrini li ġew minn diversi nħawi.  Insellem b’rispett lill-President tar-Repubblika Taljana, lid-Delegazzjonijiet uffiċjali u lill-Awtoritajiet ċivili.

Insellem lill-grupp kbir ta’ pellegrini mill-Uganda flimkien mal-Viċi President tal-pajjiż, li ġew hawn sittin sena wara l-kanonizzazzjoni tal-Martri tal-Uganda.  It-testimonjanza ta’ San Ġużepp Allamano jfakkarna fl-attenzjoni li jeħtieġu l-popolazzjonijiet l-aktar fraġli u l-aktar vulnerabbli.  Niftakar partikolarment fil-poplu Yanomami, fil-foresta amażżonika brażiljana, li fosthom sar propju l-miraklu marbut mal-kanonizzazzjoni tal-lum.  Nagħmel appell lill-awtoritajiet politiċi u ċivili biex jaċċertaw ruħhom mill-protezzjoni ta’ dawn il-popli u d-drittijiet fundamentali tagħhom, u kontra kull għamla ta’ sfruttament tad-dinjità tagħhom u tat-territorji tagħhom… Kompli aqra »

L-esperjenzi ta’ 15-il voluntiera waqt missjoni u volontarjat fl-2024

Ġurnata Missjunarja 2024

World Mission Sunday, established 98 years ago by Pope Pius XI, is a universal day of prayer and reflection for Catholic missions, reaffirming the Church’s dedication to the universal mission of evangelisation. Pope Francis’ message for 2024 World Mission Sunday is centred on the Gospel of Matthew: “Go and Invite Everyone to the Banquet,” encouraging us to be a part of the call to invite everyone to experience the joy of Christ… Kompli aqra »

Aħbarijiet mis-Sinodu: Assemblea tal-Mediterran biex tisma’ l-migranti

Ritratt: Vatican News

Hekk kif il-laqgħat tal-Assemblea Sinodali f’Ruma ġa qabżu n-nofs, fis-sessjoni tal-bieraħ filgħodu ġiet proposta l-idea ta’ “assemblea ekkleżjali Mediterranja” biex tagħti widen għall-vuċijiet tal-migranti. Il-parteċipanti sinodali esprimew gratitudni lejn ir-rwol tal-Knejjes li qed jilqgħu l-migranti u faħħru l-inizjattivi maħduma flimkien bl-għan li jissapportjaw din il-missjoni.

Fost it-temi diskussi kien hemm l-attenzjoni għaż-żgħażagħ u lejn dawk b’diżabbiltajiet, b’tamiet għal rabtiet isħaħ bejn il-Kurja Rumana u l-komunitajiet lokali… Kompli aqra »

Il-futur tal-ħaddiema Ewropej taħt il-lenti ta’ kummissjoni mmexxija mill-Isqof Galea Curmi

"Irridu nassiguraw li kull persuna fl-Ewropa ssib dinjità f'xogħolha"

Ritratt: COMECE

Kummissjoni mmexxija mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi qed taħdem fuq dokument li jitkellem dwar l-isfidi attwali u tal-futur li qed jaffaċċjaw il-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għall-Affarijiet Soċjali tifforma parti mill-Konferenza tal-Isqfijiet tal-Unjoni Ewropea (COMECE), li l-Isqof Awżiljarju hu membru tagħha.

Il-membri tal-kummissjoni li huma esperti fuq il-politika soċjali u jinħatru għal terminu ta’ ħames snin, bħalissa qed jaħdmu fuq dan id-dokument b’rabta mal-missjoni Ewropea tagħhom li jindirizzaw il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fl-Ewropa, il-faqar u l-ġustizzja ekoloġika u ekonomika… Kompli aqra »

Il-missjoni bla heda biex nistiednu lill-oħrajn għall-ikla tal-Mulej – Il-Papa

Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Ġurnata Missjunarja 2024

Morru … stiednu għall-festa lil kull min issibu (ara Mt 22:9)

Għeżież ħuti!

It-tema li għażilt għall-Ġurnata Missjunarja Dinjija ta’ din is-sena hija meħuda mill-parabbola tal-festa tat-tieġ li nsibu fl-Evanġelju (ara Mt 22:1-14). Wara li l-mistiedna rrifjutaw l-istedina tiegħu, is-sultan, il-karattru prinċipali tal-istorja, jgħid lill-qaddejja tiegħu: “Mela morru fit-toroq, u stiednu għall-festa lil kull min issibu” (v… Kompli aqra »