L-Aħbarijiet

Il-President ta’ Malta jżur id-Dar tal-Providenza

  • Il-President ta’ Malta Dr George Vella akkumpanjat mis-Sinjura Vella, għamel l-ewwel żjara uffiċjali tiegħu fid-Dar tal-Providenza. F’diskors lir-residenti u ħaddiema qal li fid-Dar tal-Providenza jara miraklu ħaj li jiġġedded kuljum. Huwa żied jgħid li spiċċa ż-żmien meta persuna b’diżabilità kienet tiġi mwarrba jew ma tingħatax l-attenzjoni li ħaqqha. Din hija xi ħaġa li tirrifletti l-iżvilupp tas-soċjetà tagħna fejn il-persuni b’diżabilità jieħdu dak li hu tagħhom bi dritt u mhux b’karità.  Il-President qal li din hija xi ħaġa li verament tgħolli d-dinjità tal-bniedem għax kull bniedem, anke jekk għandu xi nuqqasijiet, huwa xbieha ta’ Alla u jistħoqqlu r-rispett ta’ kulħadd.  Dr Vella temm billi rringrazzja lill-ħaddiema u l-voluntiera kollha għad-dover u x-xogħol li qed jagħmlu f’isem is-soċjetà…

  • Kompli aqra »

Il-kunċert tal-Arċisqof għall-karità

  • L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed torganizza l-ewwel edizzjoni ta’ ‘The Archbishop’s Charity Concert’ li se jsir nhar il-Ħadd 19 ta’ Mejju fis-7pm, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina.

    F’dan il-kunċert klassiku se jieħdu sehem il-Venere Harp Trio flimkien mal-kitarrista u kantanta Fiona Cauchi, li se jinterpretaw mużika sagra ta’ kull żmien.
    Il-pubbliku ġenerali huwa mistieden jattendi. Id-dħul għall-kunċert huwa b’xejn u l-qligħ mid-donazzjonijiet fil-bieb se jmur b’risq il-Fond tal-Karità tal-Arċisqof li jgħin lill-familji u lill-persuni fil-bżonn…

  • Kompli aqra »

23 akkademiku jipparteċipaw fir-raba’ konferenza internazzjonali tal-Fakultà tat-Teoloġija

  • The Faculty of Theology within the University of Malta organised a two-day international conference on “Reconsidering Transcendence. Between Presence and Absence” held between the 10th and 11th May 2019.

    Professor Yvonne Dohna Schlobitten from the Pontifical Gregorian University in Rome delivered the opening lecture while Professor Gianluigi Pasquale from the Pontifical Lateran University in Rome gave a keynote lecture on the second day of the conference…

  • Kompli aqra »

32 anniversarju mill-mewt ta’ Dun Mikiel Azzopardi

  • Fil-kappella tad-Dar tal-Providenza saret ċelebrazzjoni ewkaristika biex jitfakkar it-32 anniversarju mill-mewt ta’ Mons Mikiel Azzopardi, li waqqaf id-Dar fl-1965. Għal din il-Quddiesa attendew għadd ta’ membri tal-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM), residenti u ħbieb tad-Dar tal-Providenza. Dun Mikiel, kif kien magħruf l-aktar, twieled fil-Belt Valletta fl-10 ta’ Frar 1910 u miet fit-13 ta’ Mejju 1987.

    Iċ-ċelebrazzjoni tmexxiet minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza flimkien ma’ Fr Reuben Gauci, Assistent Ekkleżjastiku taż-ŻAK (Żgħażagħ Azzjoni Kattolika)…

  • Kompli aqra »

Live: L-Ordinazzjoni Djakonali ta’ ħames seminaristi

  • Il-Ħadd, 12 ta’ Mejju 2019, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra l-Ordinazzjoni Djakonali li fiha ħames seminaristi jiġu ordati djakni, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Iċ-ċelebrazzjoni ser tibda fid-9:00am.

    Il-ħames seminaristi li ser jiġu ordnati djakni mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna huma:

    Osmar Baldacchino mill‑Parroċċa ta’ San Nikola, is‑Siġġiewi, David Borg mill‑Parroċċa tal‑Madonna tal‑Grazzja, Ħaż‑Żabbar, Christopher Bugeja mill‑Parroċċa ta’ San Pawl, ir‑Rabat, Jonathan Debattista mill‑Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien, Tony Pace mill‑Parroċċa tal‑Konverżjoni ta’ San Pawl, Ħal Safi. 

  • Kompli aqra »

L-impjegati tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija jqattgħu ġurnata mal-anzjani f’Casa Leone

  • More than 90 employees within the Secretariat for Catholic Education of the Archdiocese of Malta attended a team-building day at Casa Leone organised and coordinated by Nicolette Scerri, the Church Homes for the Elderly Activity Coordinator.

    Last year, the Secretariat organised their team-building day at this home as well. These annual events form part of the Secretariat’s corporate social responsibility…

  • Kompli aqra »

Is-sorijiet Agostinjani b’ċentru ġdid għaż-żgħażagħ

  • Għal diversi snin, is-sorijiet Agostinjani, li għandhom f’idejhom il-formazzjoni ta’ tant tfal u adolexxenti, ħassew il-bżonn ta’ post li jilqa’ lit-tfajliet li jkunu spiċċaw mill-iskejjel tagħhom. Post li t-tfajliet jistgħu jqisuh bħala tagħhom, iħossuhom komdi fih u jservi ta’ spazju fejn jibqgħu jirċievu formazzjoni wara s-snin tal-iskola.

    Kien proprju fis-sena li għaddiet li l-Madre Provinċjali, Sr Rachel Frendo, ispirata mill-ħerqa u l-imħabba tal-Papa Franġisku lejn iż-żgħażagħ, ipproponiet li l-basement tal-kunvent tal-Gżira jinbidel f’ċentru għalihom.  Il-komunità tal-Gżira laqgħet din il-proposta b’ottimiżmu kbir, u minn dakinhar il-proġett sar wieħed mill-prijoritajiet tal-Madre Provinċjali…

  • Kompli aqra »

Liġi ġdida mill-Knisja kontra dawk li jabbużaw jew jaħbu

  • Vos estis lux mundi”. “You are the light of the world… Our Lord Jesus Christ calls every believer to be a shining example of virtue, integrity and holiness”. The Gospel of Matthew provides the title and first words of Pope Francis’ new Motu proprio dedicated to the fight against sexual abuse committed by clerics and religious, as well as the actions or omissions of Bishops and Religious Superiors that in any way interfere with or fail to investigate abuse…

  • Kompli aqra »