L-Aħbarijiet

Relikwa tal-Papa Ġwanni Pawlu I lid-Dar tal-Providenza

  • Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela ppreżenta relikwa tal-Venerabbli Papa Ġwanni Pawlu I lid-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef. Din ir-relikwa tikkonsisti minn biċċa drapp żgħira li kienet tagħmel parti mill-qalziet tiegħu. Dan kien possibbli bl-intervent ta’ Frank Zammit, l-Ambaxxatur ta’ Malta għas-Santa Sede.

    Il-Papa Ġwanni Pawlu I, magħruf ukoll bħala Papa Luciani jew il-Papa tat-Tbissima, kellu pontifikat ta’ 33 ġurnata biss u baqa’ magħruf għat-tbissima ħelwa tiegħu u s-sempliċità li kien jgħix fiha…

  • Kompli aqra »

L-anniversarju tal-Pontifikat, ħarsa lejn l-essenzjal

  • Pope Francis has lived, and about to live out, several intense months between voyages and Synods. His sixth year was characterized by the scourge of abuse and by suffering from internal attacks; the response is an invitation to turn to the heart of the faith.

     

  • The sixth anniversary of the election sees Pope Francis engaged in a year filled with important international journeys, marked at the beginning and the end by two “synodal” events: the meeting for the protection of minors, which took place last February with the participation of the presidents of the episcopal Conferences of the whole world; and the special Synod on the Amazon, which will be celebrated – also at the Vatican – this coming October…

  • Kompli aqra »

Taħdita Pubblika: Making Patristics Pertinent

  • The Faculty of Theology and the Għaqda Studenti tat-Teoloġija are inviting the public to the Aquinas Public Lecture on Thursday, 14 March 2019 at 19:00 at the Old Refectory Hall, at the Archbishop’s Curia in Floriana.

    Rev. Prof. Joseph Carola SJ will deliver a lecture on: “Making Patristics Pertinent: Theological Echoes and Anticipations from John Henry Newman’s 1833 Mediterranean Tour”.

    Prof…

  • Kompli aqra »

Mixja ta’ 150 kilometru madwar Malta b’risq id-Dar tal-Providenza

  • Trail Makers se jorganizzaw mixja ta’ 150 kilometru lejl u nhar b’risq id-Dar tal-Providenza, mis-Sibt 23 sal-Ħadd 24 ta’ Marzu. Il-mixja tibda mill-parkeġġ tad-Dar fis-Siġġiewi fis-7am tas-Sibt u tispiċċa għal ħabta tal-5pm tal-għada l-Ħadd.

    Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, qal li matul is-sena jsiru diversi attivitajiet minn għaqdiet u entitajiet differenti bil-għan li jinġabru flus għad-Dar tas-Siġġiewi u din il-mixja ta’ 150 kilometru hija waħda minnhom…

  • Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-Anġelus: Ġesù jurina r-rimedji għat-tentazzjoni

  • In his Angelus address, Pope Francis said the three temptations Jesus faced “indicate three paths that the world always proposes, promising great success”.

    The greed of possession

    After Jesus had fasted for forty days, the devil tempted Him to turn stones to bread. This, the Pope said, is “the path of the greed of possession”…

  • Kompli aqra »

Il-pellegrinaġġ penitenzjali ta’ Ħadd in-Nies f’Ħaż-Żabbar

  • Illum il-Ħadd, 10 ta’ Marzu 2019, f’Ħaż-Żabbar, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi l-pellegrinaġġ penitenzjali ta’ Ħadd in-Nies, bl-istatwa devozzjonali tal-Madonna tal-Grazzja flimkien mal-kappillani, il-kleru, reliġjużi, rappreżentanti tas-soċjetajiet ċivili, għaqdiet tal-parroċċa u bosta pellegrini.

    Il-pellegrinaġġ ser jibda fl-4:15 pm u wara li tidħol l-istatwa tal-Madonna fis-Santwarju, ser tiġi ċċelebrata Quddiesa bil-parteċipazzjoni tal-kor Notre Dame.

    Snin ilu, l-aspett ta’ ringrazzjament u penitenza kien qanqal lil missirijietna biex iżuru u jassistu għad-diversi pellegrinaġġi li kienu jsiru lejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar…

  • Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem

    • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Charlon Muscat bħala kappillan tal‑parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.

      Dun Charlon Muscat twieled fil‑30 ta’ April 1985 u trabba l‑Mosta fejn irċieva l‑edukazzjoni fl‑iskola primarja fil‑Mosta. Huwa kiseb l‑edukazzjoni sekondarja fl-iskola Vincenzo Bugeja, Birkirkara, u kompla l‑istudji terzjarji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl‑Università ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fit‑3 ta’ Lulju 2013…

  • Kompli aqra »

Viżta Pastorali tal-Isqof Awżiljarju fil-Parroċċa tal-Iklin

  • Is-Sibt, 9 ta’ Marzu 2019, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ser jagħmel l-ewwel viżta pastorali tiegħu fil-Parroċċa tal-Familja Mqaddsa fl-Iklin, fejn se jiltaqa’ mat-tfal u l-adolexxenti tal-parroċċa, mal-operaturi pastorali, mas-saċerdoti tal-komunità kif ukoll mal-membri tal-Kunsill Lokali. L-Isqof Galea-Curmi se jbierek ukoll il-Prayer Spaces tar-Randan u anke jitlob mat-tfal. Il-Viżta Pastorali tintemm il-Ħamis, 14 ta’ Marzu 2019.

    Hawn taħt tista’ taqra l-messaġġ tal-Isqof Awżiljarju lill-parruċċani tal-Iklin…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jaħtar Delegat Episkopali għall-Evanġelizzazzjoni

    • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Nadia Delicata bħala Delegat Episkopali għall-Evanġelizzazzjoni.

      Dr Delicata hija senior lecturer fil-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta u ilha tgħallem fid-Dipartiment tal-Morali u t-Teoloġija Spiritwali mill-2012. Bejn l-2001 u l-2011 kompliet l-istudju fit-Teoloġija f’Regis College, f’Toronto School of Theology fl-Università ta’ Toronto. Hija miżżewġa lil Brian Delicata u għandhom tlett itfal…

  • Kompli aqra »