L-Aħbarijiet

Il-Prinċep Edward jiltaqa’ mar-residenti tad-Dar tal-Providenza u l-komunità Paralimpika ta’ Malta

L-Altezza Rjali Tiegħu l-Prinċep Edward, Duka ta’ Edinburgh, illum waranofsinhar żar id-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi, fejn iltaqa’ ma’ paraatleti Maltin. Waqt din iż-żjara sinifikanti, id-Duka ltaqa’ wkoll mar-residenti tad-Dar, impjegati, voluntiera, tfal tal-iskola u diversi komunitajiet sportivi.

Mal-wasla tiegħu, l-Altezza Rjali Tiegħu ġie milqugħ minn Dun Martin Micallef, Vigarju Episkopali għad-Djakonija u Direttur tad-Dar tal-Providenza, flimkien mal-Prof. Joseph N. Grima, President tal-Kumitat Paralimpiku Malti u tas-Siġġiewi Rowing Club… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: L-Ispirtu s-Santu jkabbar u jgħaqqad il-Knisja

Il-Papa Franġisku jenfasizza r-rwol tal-Ispirtu s-Santu fil-missjoni tal-Knisja għall-popli kollha filwaqt li jrawwem l-għaqda ta' bejnietna.

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Dear brothers and sisters, good morning!

In our itinerary of catechesis on the Holy Spirit and the Church, today we will refer to the Book of the Acts of the Apostles.

The account of the descent of the Holy Spirit at Pentecost begins with a description of some preparatory signs – the rush of wind and the tongues of fire – but finds its conclusion in the affirmation that “they were all filled with the Holy Spirit” (Acts 2:4)… Kompli aqra »

Staġun kulturali ġdid fl-Oratorju tal-Ġiżwiti

The Jesuits’ Church Foundation proudly presents its third cultural season at the Oratories. The new season brings many exciting news including a rebranding of the season as The Oratories.

The season will launch on Thursday 10th October at 19:30 with a tribute to Giacomo Puccini whose 100th anniversary of his death is being celebrated this year. Renowned soprano Miriam Cauchi, accompanied by pianist Maria Elena Farrugia, will present a programme dedicated to Puccini’s operatic oeuvre… Kompli aqra »

Niżirgħu t-Tama: Laqgħa mill-SDS għar-religious counsellors u ċ-chaplains

L-Arċisqof saħaq dwar l-importanza tagħhom li joħorġu u jilħqu lit-tfal u ż-żgħażagħ

L-SDS (Żvilupp Spiritwali fl-Iskejjel)  organizza l-ewwel laqgħa għas-sena skolastika 2024-25 għar-religious counsellors li jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat u ċ-chaplains fl-iskejjel indipendenti fiċ-Ċentru Pastorali ta’ Ħ’Attard nhar il-Ħamis 26 ta’ Settembru 2024.

Għal din il-laqgħa attenda l-Arċisqof Charles Scicluna li sema’ lir-religious counsellors u ċ-chaplains jitkellmu dwar l-isfidi li jaffaċċjaw waqt ix-xogħol tagħhom fl-iskejjel tal-Istat u Indipendenti. Dawn qalu li biex jikbru fil-motivazzjoni fil-ministeru tagħhom hemm bżonn iktar komunikazzjoni, kollaborazzjoni u pjanar, talb kontinwu u spiritwalità personali, kif ukoll formazzjoni kontinwa, għarfien, ħsieb pożittiv u preparazzjoni… Kompli aqra »

Ġurnata ta’ talb u sawm: il-Knisja f’Malta tingħaqad mal-Papa għall-paċi fid-dinja

Il‑parroċċi, komunitajiet reliġjużi, movimenti u gruppi fi ħdan il‑Knisja, familji, u l‑Insara kollha f’Malta u Għawdex, illum it-Tnejn, 7 ta’ Ottubru, huma mistennija biex fuq talba tal-Papa Franġisku, jingħaqdu flimkien permezz tat-talba tar-Rużarju u s-sawm għall-paċi fid-dinja u għas-suċċess tal-Ġublew tat-Tama 2025.

L-istedina saret mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi lill-arċiprieti u kappillani kollha, u lill-provinċjali tal-ordinjiet reliġjużi f’Malta.

Illejla fis-7pm, festa tal-Madonna tar-Rużarju, fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma se jingħad ir-Rużarju… Kompli aqra »

L-Arċidjoċesi titlob għas-sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ Villa Schinas

Ritratt: Google

L-Arċidjoċesi ta’ Malta talbet lis-sieħeb kummerċjali fdat bir-restawr ta’ Villa Schinas f’Tas-Sliema biex jissospendi b’mod immedjat l-applikazzjoni preżenti għall-ippjanar tal-iżvilupp tal-propjetà.

L-iżvilupp propost mis-sieħeb kummerċjali f’parti mill-propjetà, li mhix konnessa mal-villa nnifisha, kien maħsub biex jipprovdi akkomodazzjoni għall-istudenti hekk kif ġie ppjanat li Villa Schinas tintuża bħala stabbiliment edukattiv.

Madankollu, intlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet biex jirrevedu l-pjanijiet sabiex tkun tista’ tiġi kkunsidrata proposta alternattiva… Kompli aqra »

Il-kulleġġi Lasalljani f’Malta jimxu lejn il-koedukazzjoni

Mis-sena d-dieħla, il-Kulleġġ De La Salle u l-Kulleġġ Stella Maris, inkluż l-Iskola San Benild, se
jimxu lejn ambjent koedukattiv. It-trasformazzjoni għandha sseħħ fuq perjodu ta’ 11-il sena.

Fis-sena skolastika 2025/26, id-dħul tal-Ewwel Sena se jinqasam indaqs bejn subien u bniet
fl-iskejjel kollha Lasalljani. Id-dħul se jsir permezz tal-proċedura tas-soltu tal-polza tal-Iskola
tal-Knisja li hija organizzata fuq livell nazzjonali mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: It-tfal huma l-akbar barka t’Alla

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

Illum, fl-Evanġelju tal-liturġija (cfr (Mk 10, 2-16) Ġesù jkellimna dwar l-imħabba konjugali.  Kif ġara drabi oħra, xi fariżej jagħmlulu mistoqsija biex jipprovokawh dwar suġġett kontroversjali: jekk ir-raġel jistax jibgħat lill-mara.  Iridu jdaħħluh f’polemika, imma Hu ma jaqax għalihom, anzi jaħtaf l-okkażjoni biex jiġbdilhom l-attenzjoni fuq diskors aktar important: il-valur tal-imħabba bejn ir-raġel u l-mara.

Fi żmien Ġesù il-kundizzjoni tal-mara fiż-żwieġ kienet ta’ svantaġġ kbir imqabbla ma’ dik tar-raġel: ir-raġel seta’ jkeċċi, jibgħat lil martu anki għal raġunijiet banali, u dak kien isir għax l-Iskrittura kienu jinterpretawha b’mod legalistiku.  Għalhekk, il-Mulej ifakkar lil min kien jisimgħu dwar l-esiġenzi tal-imħabba.  Ifakkarhom li l-Ħallieq ried li r-raġel u l-mara jkollhom dinjità ndaqs u jkunu kumplimentari għal xulxin fid-diversità, ħalli jkunu ta’ għajnuna għal xulxin, kumpanija għal-xulxin, imma fl-istess ħin stimolu u sfida biex jikbru flimkien (cfr Ġen 2, 20-23)… Kompli aqra »

Seminar għall-kandidati tal-MUSEUM

Id-Delegazzjoni ta’ Malta u Għawdex organizzat seminar għall-Kandidati f’Dar Betsajda (Malta). Dan is-seminar kellu l-għan li jintroduċi grupp ta’ Aspiranti li se jibdew il-kandidatura tagħhom, perjodu ddedikat għall-formazzjoni u d-dixxerniment. Nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Settembru, 2024, il-parteċipanti ħadu sehem f’velja ta’ talb ibbażata fuq temi Pawlini. L-għada, huma kellhom sessjonijiet ta’ formazzjoni ffukati fuq kif jistgħu jintegraw t-talb u d-dixxerniment fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Is-seminar kien fih ukoll attivitajiet biex titrawwem sens ta’ ħbiberija ġenwina, kif ukoll ħin għall-għawm u l-interazzjoni soċjali… Kompli aqra »

Sinodu 2024: L-Isqfijiet se jingħaqdu fit-talb u s-sawm għall-paċi fid-dinja

A press conference was held and livestreamed from the Holy See Press Office, Via della Conciliazione 54, on the opening of the Second Session of the 16th Ordinary General Assembly of the Synod of Bishops on Thursday, 3 October, and highlighted the key themes of peace, forgiveness, the role of women, as well as the working methods of the Study Groups.

Those speaking included Fr Giacomo Costa, S.J., special secretary of the 16th Ordinary General Assembly of the Synod of Bishops; Msgr Riccardo Battocchio, also Synod special secretary; delegate presidents of the Synod Assembly Sister Maria de los Dolores Palencia Gómez of the Congregation of the Sisters of St Joseph, and Bishop Daniel Ernest Flores of Brownsville, Texas… Kompli aqra »