L-isqfijiet awżiljari ta’ Malta fl-epoka kontemporanja (1800-2018)
03/08/2018-
Mons. Joseph Galea-Curmi, imwieled nhar l-1 ta’ Jannar 1964, iben Paul Galea Curmi u Josette née Mifsud Bonnici, mgħammed nhar il-5 ta’ Jannar fil-Parroċċa ta’ Sant’Elena f’Birkirkara, u ordnat saċerdot minn Mons. Ġużeppi Mercieca nhar il-5 ta’ Lulju 1991, huwa l-ħdax il-isqof awżiljaru tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fl-epoka kontemporanja, jiġifieri mill-bidu tal-ħakma Ingliża sallum.
F’dan in-numru mhux qed ngħoddu isqfijiet koadjuturi, jekk qabel ma ġewx maħtura isqfijiet awżiljari…