L-Aħbarijiet

Riċerka: Il-kontribut importanti tar-reliġjużi u l-lajċi fl-iskejjel tal-Knisja

Studju dwar il-futur tal-iskejjel tal-Knisja

Minn riċerka li saret fost l‑iskejjel tal‑Knisja ħareġ li hu essenzjali li wieħed mill‑għanijiet prinċipali tal‑iskejjel kollha tal‑Knisja f’Malta u Għawdex jibqa’ li tinżamm l‑identità Nisranija, minsuġa dejjem mal‑kariżmi differenti tal‑kongregazzjonijiet. Dan filwaqt li tkompli tissaħħaħ il‑formazzjoni Nisranija li tingħata lill‑istudenti, staff, u ġenituri.

Ir‑riċerka hi l‑ewwel fażi tal‑proċess li s‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija, l‑Assoċjazzjoni tal‑Iskejjel tal‑Knisja u l‑Kunsill Superjuri Maġġuri Reliġjużi qed jagħmlu sabiex jaraw x’inhi t‑triq ’il quddiem għall‑iskejjel tal‑Knisja f’Malta u Għawdex, li jaqdu mas‑17,000 student u jħaddmu iktar minn 3,000 edukatur… Kompli aqra »

Jimpurtani – maratona ta’ mħabba minn Caritas Malta

Caritas Malta tinsab fl-aħħar tal-preparamenti fl-organizzazzjoni ta’ maratona ta’ ġbir ta’ fondi li se ssir nhar is-Sibt 18 ta’ Novembru 2023 bejn il-11:00am u l-11:00pm.

Maratona ta’ mħabba, dis-sena bit-tema ‘Jimpurtani’, se tixxandar fuq l-istazzjonijiet televiżivi kollha, fejn minbarra skop ta’ ġbir ta’ fondi, Caritas Malta tkun qed twassal stejjer ta’ suċċess ta’ persuni li resqu għall-għajnuna għad-diversi servizzi li toffri din l-organizzazzjoni… Kompli aqra »

Live: Quddiesa mal-gradwati l-ġodda tal-Università ta’ Malta

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Wirja ta’ xogħlijiet tal-arti fil-Parlament ta’ Malta b’risq id-Dar tal-Providenza

Fil‑Parlament ta’ Malta infetħet wirja għall‑pubbliku ta’ xogħlijiet tal‑arti ġentilment mogħtija minn għadd ta’ artisti Maltin u barranin. Dawn ix‑xogħlijiet se jiġu rkantati online b’risq id‑Dar tal‑Providenza fl‑1 ta’ Jannar li ġej bħala parti mill‑Festa ta’ Ġenerożità li tkun qed issir fil‑parkeġġ tad‑Dar fis‑Siġġiewi fejn kulħadd huwa mistieden li jattendi.

Din il‑wirja li qed issir fl-intrata tal-Parlament bl-appoġġ tal-Ispeaker, Dr Anġlu Farrugia, se tibqa’ sejra sat‑30 ta’ Novembru u hija miftuħa għall‑pubbliku bejn id‑9am u l‑5pm mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa u bejn id‑9am u n‑12:30pm is‑Sibt u l‑Ħadd… Kompli aqra »

Live: Quddiesa mal-gradwati l-ġodda tal-Università ta’ Malta

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann fil-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Isqfijiet tal-UE jitolbu lill-Ewropa biex toffri viżjoni ġdida fuq il-ġustizzja u l-paċi

The EU Bishops who attended the COMECE Plenary Assembly in Brussels included representation from Malta by Bishop Joseph Galea-Curmi.

The Bishops of the European Union, gathered in Brussels for the 2023 Autumn COMECE Plenary Assembly, adopt a statement on peace in the context of the serious deterioration of international security, on Friday 10 November 2023. EU Bishops: “We call on Europe to offer a renewed vision for justice and peace”. 

Read the full declarationKompli aqra »

Il-Papa Franġisku se jindirizza l-COP28 Summit f’Dubai

A Holy See Press Office statement released on Thursday, 9 November, said Pope Francis is scheduled to deliver a speech at the COP28 Summit taking place in Dubai, as well as engage in several bilateral meetings and inaugurate the “Faith Pavilion” at Expo City.

According to the official programme for the Pope’s visit to Dubai from 1 to 3 December, it takes place on the occasion of the Conference of the Parties to the United Nations Framework Convention on Climate Change (COP28)… Kompli aqra »

Francesco Zahra f’Casa Manresa

L-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tfakkar il-250 anniversarju mill-mewt ta’ Francesco Zahra permezz ta’ wirja ta’ pitturi fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana. Zahra hu wieħed mill-aqwa artisti tal-Barokk f’Malta. Il‑wirja, li tinsab fil‑pjan terran tal‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana, tiffoka fuq episodji mill‑Passjoni ta’ Kristu u suġġetti devozzjonali oħra li dan l‑artist ewlieni Malti pitter għall‑Kurja tal‑Arċisqof, magħrufa wkoll bħala Casa Manresa, li nbniet fl‑1743 bħala post tal‑irtiri mill‑Ġiżwiti.

Il-wirja hija miftuħa għall-pubbliku sat-2 ta’ Diċembru… Kompli aqra »

Inawgurata l-Kċina ta’ Marta: 1,200 ikla b’xejn fil-ġimgħa lill-persuni fil-bżonn

  Il-Kċina ta' Marta, Tal-Virtù

L-Arċisqof Charles Scicluna inawgura l-Kċina ta’ Marta, inizjattiva oħra tal-Knisja f’Malta sabiex tkompli tgħin lill-persuni li bħalissa għaddejjin minn żmien diffiċli. Madwar 350 persuna fil-ġimgħa qed jirċievu mal-1,200 ikla b’xejn ippreparata mit-30 voluntier tal-Kċina ta’ Marta fis-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù. 20 persuna oħra jieħdu ħsieb it-tqassim tal-ikliet fid-djar għal dawk li ma jistgħux joħorġu minn darhom. Il-Kċina ta’ Marta hi inizjattiva mmexxija minn LOOP Djakonija Parroċċi bl-għajnuna ta’ The Alfred Mizzi Foundation… Kompli aqra »

175 sena mill-ewwel skola tal-Knisja f’Malta

F’għeluq il-175 sena minn meta nfetħet l-ewwel skola tal-Knisja f’Malta Newsbook tkellem ma’ Fr Leslie Gatt, Provinċjal tal-Patrijiet Agostinjani għaliex propja l-ewwel skola kienet dik ta’ Santu Wistin.

Fr Leslie fakkar li fil-bidu l-edukaturi kienu kollha patrijiet. L-iskola ta’ Santu Wistin infetħet fl-1848, 16-il sena wara li l-Kummissjoni tal-Gvern Ingliż kienet sabet il-bżonn kbir tal-iskejjel, il-bżonn li t-tfal ikollhom edukazzjoni għaldaqstant bdew jinfetħu diversi skejjel… Kompli aqra »