L-Aħbarijiet

Rekord ta’ 600 persuna jattendu l-ikla tal-Milied tal-Caritas fil-Kurja

Għall-10 edizzjoni tal-Ikla tal-Milied tal-Caritas fil-Kurja, inġabret l-ikbar folla ta’ nies għal din l-ikla, bi kważi 600 parteċipant u aktar minn 100 voluntier jiddedikaw il-ħin tagħhom biex l-avveniment ikun suċċess.

Din iċ-ċelebrazzjoni speċjali ġabret flimkien individwi fil-bżonn, fosthom residenti minn komunitajiet ta’ rijabilitazzjoni terapewtika, parteċipanti tal-Prison Inmates Programme u San Blas, kif ukoll familji b’ġenitur wieħed.

Voluntiera minn diversi setturi ħadmu bla heda biex jiżguraw li l-ikla tkun okkażjoni mill-isbaħ u ferrieħa… Kompli aqra »

Il-Leħen: L-istorja wara l-eqdem gazzetta f’Malta li għadha tiġi ppublikata

Fis-Sede Ċentrali tal-Azzjoni Kattolika ltqajna mal-editur tal-gazzetta Il-Leħen, Pio Dalli, li bi 52 sena t’esperjenza fil-qasam ġurnalistiku llum il-ġurnata huwa responsabbli mill-kontenut ta’ din il-gazzetta li toħroġ kull nhar ta’ Ħadd.

Dalli spjega li din gazzetta b’ispirazzjoni Kattolika u li titmexxa mill-Azzjoni Kattolika bil-għan li xxerred prinċipji etiċi, li jikkonsidraw l-viżjonijiet kollha biex jgħinu lill-qarrejja jaslu għall-konklużjoni tagħhom biss id-direzzjoni ispirata mit-tagħlim tal-Knisja… Kompli aqra »

Għaliex iva?! | Ep. 7: Dun John Curmi

Mill-kotba tal-ajruplani tal-gwerra għal ktieb li lil Dun John Curmi għarraflu s-sejħa għas-saċerdozju. Sejħa li dawritu mal-erbat irjieħ tad-dinja imma li, fuq kollox, ħeġġitu jgħarrex ix-xewqa għal Alla f’qalbu. Fost id-diversi espressjonijiet ta’ servizz, riċentament Fr John reġa’ skopra l-ktieb bħala mezz biex minnu jwassal lil Kristu għand it-tfal u l-familji.

Għaliex iva?! huwa serje ta’ podcasts ma’ saċerdoti differenti fejn jirrakkuntaw l-istorja tal-vokazzjoni tagħhom u għaliex jaħsbu li hu worth it li tkun qassis fid-dinja tal-lum… Kompli aqra »

“Kuntent li fil-Milied u fl-Ewwel tas-Sena se nkun il-ħabs”

Il-ħidma tal-Kappuċċini diskussa waqt BTW

Fr Jethro Bajada qal li jħossu kuntent immens li din is-sena kemm fil-Milied kif ukoll fl-Ewwel tas-Sena se jkun qiegħed fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Hu jqaddes il-quddies ta’ nhar t’Erbgħa għaldaqstant la dawn il-festi ħabtu l-Erbgħa hu għandu din l-opportunità li jaqsam il-ferħ tal-Milied mal-priġunieri. Qal li dawn, jemmnu jew ma jemmnux jieħdu gost li xi ħadd mar iżurhom.

Hu stqarr li din mhux se tkun l-ewwel darba tiegħu għax ġieli mar ma’ patrijiet Kappuċini li kienu se jqaddsu u hu kien qed janima għax hu jdoqq bosta strumenti… Kompli aqra »

Stedina biex nilqgħu s-Sid tal-Ħajja – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum il-Milied

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Il-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin. id-dawl li jiddi fid-dlam imma d-dlam ma għelbux” (Ġw 1:4-5).

F’dan il-Milied qaddis nixtieq noffri riflessjoni ċkejkna ispirata minn dawn l-ewwel kelmiet mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, dak li aħna nsejħlulu bħala l-prologu ta’ San Ġwann.

It-talba tiegħi hi li anke llum fis-soċjetà tagħna, fl-Ewropa għażiża tagħna u fid-dinja, il-ħajja tkun id-dawl tal-bnedmin… Kompli aqra »

Se jitqassmu 350 ikla tal-Milied fid-djar: 60 jgħixu waħedhom

Proprju fil-Jum tal-Milied, Loop Djakonija Parroċċi se tkun qed tqassam madwar 350 ikla speċjali f’residenzi privati fejn persuni jinsabu magħluqin fi djarhom u ma jistgħux jieħdu ħsieb li jkollhom ikla dinjituża u bnina.

Newsbook Malta rħielha lejn il-Kċina ta’ Marta li tinsab fil-kampus tas-Seminarju tal-Arċisqof fir-Rabat, fejn bosta voluntiera jinġabru matul is-sena kollha biex minn kċina żgħira jitqassmu madwar 1,200 ikla fil-ġimgħa… Kompli aqra »

“Aħna ngħixu l-ħajja ta’ kuljum mas-suldati” – Il-Kappillan tal-Armata Maltija

Il-kappillan tal-Forzi Armati ta’ Malta Dun Joe Meli tkellem dwar l-irwol tiegħu bħala qaddej reliġjuż fost is-suldati Maltin u kif din is-sejħa tirrekjedih li jgħix il-ħajja ta’ kuljum magħhom.

Dun Meli flimkien mal-kappillan tal-armata Dun Sergio Fenech kienu qed jitkellmu waqt il-programm Għal Kulħadd ma’ Christine Delicata fuq RTK103. Dun Meli ilu kappillan għal dawn l-aħħar 15-il sena filwaqt li Dun Fenech ilu kappillan minn April li għadda… Kompli aqra »

Opportunitajiet ta’ skambji għall-staff ta’ Caritas Malta

Caritas Malta nediet proġett ffinanzjat minn Erasmus+, li permezz tiegħu offriet opportunità lil 23 persuna li jaħdmu fis-servizzi ta’ riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga ta’ Caritas Malta biex iżuru komunitajiet terapewtiċi madwar l-Ewropa. L-għan ta’ dawn iż-żjarat kien li jiġu skambjati għarfien tax-xogħol u prattiċi tajbin, jiġu diskussi l-mudelli terapewtiċi adottati f’dawn il-komunitajiet, tiġi offruta opportunità ta’ networking, u jiżdied l-għarfien dwar it-tendenzi tad-droga f’pajjiżi oħra u kif dawn huma mqabbla mas-sitwazzjoni Maltija… Kompli aqra »

Il-Papa jesprimi dieqa għat-tfal maqtula fil-gwerer, jitlob għal waqfien mill-ġlied

Pope Francis expressed his profound concern for all those enduring the suffering caused by war and violence. His words came in his greetings to the faithful immediately following the recitation of the Angelus on Sunday, just three days to Christmas. The Pope remembered Mozambique, caught between poverty and violence, noting his “attention and concern,” and praying that “dialogue and the quest for the common good, supported by faith and good will, may prevail over mistrust and discord.” He denounced how “so much cruelty” is inflicted on innocent children in other conflict zones… Kompli aqra »

Inkunu qaddejja vera t’Alla u billi nkunu qaddejja ta’ xulxin – L-Arċisqof

Quddiesa fir-Raba' Ħadd tal-Avvent

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Bartilmew, Ħal Għargħur

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadu kemm qara Fr Chris hi laqgħa bejn żewġ nisa. Marija wara t-tħabbira tal-Anġlu, tirrealizza, għax hekk qalilha l-Anġlu Gabrijel, li l-qariba tagħha Elizabetta diġà qiegħda fis-sitt xahar tat-tqala tagħha, u hi wkoll saret tqila bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.

U din il-mara żagħżugħa tqila ġġorr it-tarbija tagħha tiddeċiedi li titlaq minn Nazaret u tmur f’raħal ċkejken u ħelu, Għajn Karem, u tmur biex tiltaqa’ ma Elizabetta… Kompli aqra »