L-Aħbarijiet

“Kif nistgħu naħdmu iżjed għall-paċi?” – L-Arċisqof

Milied Flimkien

  Il-Belt Valletta

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-lejl qaddis tal-Milied, fil-parroċċi tagħna, hemm tradizzjoni ħelwa li jkollna tifel jew tifla – tfal ċkejknin – li jagħmlu riflessjoni qasira, li nsejħulha l-prietka tat-tfal. U ħafna drabi, din il-priedka tibda b’silta mill-Evanġelju skont San Luqa, li tfakkar fil-kelmiet tal-anġli lir-ragħajja. “Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba!” (Lq 2:14) lill-bnedmin li Alla jħobb… Kompli aqra »

Il-ftuħ tal-Ġublew tat-Tama fl-Arċidjoċesi ta’ Malta

Nhar il‑Ħadd, 29 ta’ Diċembru 2024, l‑Arċisqof Charles Scicluna se jagħti bidu għall‑Ġublew tas‑Sena 2025 fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta, bit‑tema ‘Pellegrini tat‑Tama’. Dan wara li f’lejlet il‑Milied filgħaxija, il‑Papa Franġisku se jiftaħ uffiċjalment is‑Sena tal‑Ġublew bil‑ftuħ tal‑Bieb Imqaddes fil‑Bażilika ta’ San Pietru, fil‑Vatikan, u wara jiċċelebra quddiesa fil‑Bażilika stess.

Iċ‑ċelebrazzjoni tal‑Knisja f’Malta tibda fil‑5:00pm, b’rit li se jiġi ċċelebrat fid‑dinja Kattolika kollha. Ir‑rit jibda b’mument ta’ talb immexxi mill‑Arċisqof Scicluna fil‑Grotta ta’ San Pawl fir‑Rabat… Kompli aqra »

Restawrata pittura tal-Assunta li tinsab fil-Knisja Parrokkjali tal-Birgu

Ritratt: [email protected]

Fi tmiem Kunċert tal-Milied mill-Vox Dulcis Chorale, li sar is-Sibt, 14 ta’ Diċembru 2024, fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Lawrenz, Belt Vittoriosa, ġew inawgurati x-xogħlijiet ta’ restawr u konservazzjoni fuq il-pittura It-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija.

Dawn ix-xogħlijiet twettqu mill-Kumpanija ReCoop bl-għajnuna finanzjarja tal-Malta Arts Council u fuq l-inizjattiva tas-Soċjetà Storiko u Kulturali Vittoriosa, li kienet applikat għal fondi.

L-Altar ta’ Santa Marija twaqqaf fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz fl-1880… Kompli aqra »

Twassil tal-Ikla tal-Milied

Il-Kċina ta’ Marta qed tieħu ħsieb li twassal ikliet lil dawk li, għal xi raġuni huma marbuta d-dar. Social workers, saċerdoti u professjonisti fis-setturi tas-saħħa u l-edukazzjoni jistgħu jirreferu persuni jew familji li ma jkollhomx mezzi biex ikollhom ikla dinjituża għaliex ikunu marbutin id-dar f’jum il-Milied billi jimlew din il-formola: loop.mt/iklamilied

Huwa importanti li dawk li jiġu referuti jkunu infurmati li se jirċievu ikla li tinkludi żewġ platti u deżerta, u li din l-ikla se titwassal fid-dar tagħhom nhar il-Milied bejn id-9:00am u 12:00pm… Kompli aqra »

Inizjattiva annwali ta’ għajnuna għal żmien il-Milied

Mill-istudenti tas-Sekondarja tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl

L-istudenti tas-Sekondarja tal-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl reġgħu ħaddnu l-identità missjunarja tagħhom, billi organizzaw l-avveniment annwali tagħhom ta’ għajnuna li jlaqqa’ flimkien l-istudenti, l-istaff, u l-komunità. Dan l-avveniment tradizzjonali, li jsir darbtejn fis-sena, jilħaq l-impenn tal-Kulleġġ biex irawwem sens ta’ altruiżmu u servizz fost l-istudenti tiegħu. L-avveniment ta’ din is-sena sar f’kollaborazzjonijiet ma’ għaxar istituzzjonijiet u servizzi differenti waqt il-preparazzjoni għall-Milied.

L-istudenti tas-Senior 1 żaru r-Residenza San Vinċenz de Paul, fejn ferrħu lir-residenti anzjani b’għanjiet tal-Milied mill-qalb u attivitajiet interessanti… Kompli aqra »

Dimostrazzjoni bil-Bambin Ġesù fil-Valletta Waterfront

Tfal u żgħażagħ mill-oqsma tas-subien u tal-bniet taż-Żurrieq, flimkien mal-familji tagħhom, mexxew id-dimostrazzjoni tradizzjonali bil-Ġesù Bambin tul il-Valletta Waterfront. L-attività saret fit-18 ta’ Diċembru fis-7:30 pm u laħqet il-qofol tagħha quddiem il-Kappella tal-Ħarba lejn l-Eġittu. L-istatwa ta’ Ġesù Bambin inġarret tul ix-xatt imżejjen bid-dekorazzjonijiet tal-Milied, bil-kant tal-innijiet tal-Milied li jqawwu l-ispirtu ferrieħa tal-Milied. Deo Gratias!

Sors: Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranijasdcmuseum.org  Kompli aqra »

“Il-missjoni taż-ŻAK House għadha relevanti ħafna”

Il-post fejn jitwettaq il-ħolm u jiffurmaw ruħhom iż-żgħażagħ

Josef, Deborah u Brandon għandu ħafna memorji fiż-ŻAK House li tinsab f’Birkirkara u bħalhom eluf ta’ żgħażagħ u persuni oħra li għal xi raġuni jew oħra utilizzaw din il-binja tal-Azzjoni Kattolika.

Josef Debono, kien wieħed mill-persuni li ħadmu biex dan il-proġett iseħħ. Hu qal li hi xi ħaġa sabiħa li wara snin ta’ xogħol qiegħda fl-istat li qiegħda fih u dan jagħtihom sodisfazzjon kbir… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: “Ġesù Kristu t-tama tagħna”

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Ċiklu – Ġublew 2025. Ġesù Kristu t-tama tagħna. I. L-infanzja ta’ Ġesù. 1. Il-
ġenealoġija ta’ Ġesù (Mt 1:1-17). Id-dħul tal-Iben ta’ Alla fl-istorja

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum qed nibdew iċ-ċiklu ta’ katekeżijiet għal matul is-Sena Ġubilari kollha. It-tema hi “Ġesù Kristu t-tama tagħna”: fil-fatt, huwa għandu li jrid jasal il-pellegrinaġġ tagħna, u hu stess hu t-triq, il-mixja li rridu nterrqu… Kompli aqra »

Attività tal-Milied taż-Żgħażagħ SDC

Fl-okkażjoni tan-Novena tal-Milied, il-grupp taż-Żgħażagħ SDC iltaqa’ fid-Dar Ġenerali (il-Blata l-Bajda) nhar it-Tlieta 17 ta’ Diċembru 2024. Din kienet okkażjoni fejn dawn iż-żgħażagħ irriflettew fuq kemm it-twelid ta’ Ġesù Bambin iqawwina fit-tama. Natalino Camilleri qasam ħsieb fuq kif kull nisrani għandu jkun missjunarju tat-tama billi jieħu ftit mit-tbatija ta’ ħaddieħor. Permezz tar-riflessjonijiet ta’ San Ġorġ Preca fil-programm tan-Novena, L-Iskola ta’ Betlem, iż-żgħażagħ ħasbu fuq kemm Ġesù Bambin jgħallimna ngħixu l-virtù tal-faqar, li tgħinnhom ma jħallu xejn ifixkillhom milli jħobbu lil Ġesù… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jniedi l-katekeżi tal-Ġublew: “Ġesù Kristu, it-Tama Tagħna”

Ritratt: Vatican News

Hekk kif qed toqrob is-Sena tal-Ġublew, il-Papa Franġisku inawgura ċiklu ġdid ta’ katekeżi ċċentrat fuq it-tema “Ġesù Kristu, it-tama tagħna”.

Din is-sensiela se tkopri s-Sena Mqaddsa kollha u tiffoka fuq l-esplorazzjoni tal-ħajja ta’ Ġesù, u tibda mit-tfulija Tiegħu kif irrakkontat fl-Evanġelji ta’ Mattew u Luqa.

Ġesù: L-għan u t-triq

Waqt l-introduzzjoni tal-katekeżi waqt l-Udjenza Ġenerali tiegħu, il-Papa ddeskriva lil Ġesù bħala “l-għan tal-pellegrinaġġ tagħna, u Hu nnifsu huwa t-triq, it-triq li għandna nimxu”… Kompli aqra »