Il-Papa Franġisku jniedi l-katekeżi tal-Ġublew: “Ġesù Kristu, it-Tama Tagħna”
19/12/2024Ritratt: Vatican News
Hekk kif qed toqrob is-Sena tal-Ġublew, il-Papa Franġisku inawgura ċiklu ġdid ta’ katekeżi ċċentrat fuq it-tema “Ġesù Kristu, it-tama tagħna”.
Din is-sensiela se tkopri s-Sena Mqaddsa kollha u tiffoka fuq l-esplorazzjoni tal-ħajja ta’ Ġesù, u tibda mit-tfulija Tiegħu kif irrakkontat fl-Evanġelji ta’ Mattew u Luqa.
Ġesù: L-għan u t-triq
Waqt l-introduzzjoni tal-katekeżi waqt l-Udjenza Ġenerali tiegħu, il-Papa ddeskriva lil Ġesù bħala “l-għan tal-pellegrinaġġ tagħna, u Hu nnifsu huwa t-triq, it-triq li għandna nimxu”… Kompli aqra »