L-Aħbarijiet

Il-Knisja ta’ Santa Barbara fil-Belt Valletta se tiġi restawrata

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u Fondazzjoni Wirt Artna (FWA) laħqu ftehim dwar l‑istudju, il‑konservazzjoni u r‑restawr tal‑Knisja ta’ Santa Barbara fil‑Belt Valletta, proġett li mistenni jitlesta f’madwar ħames snin. Il‑knisja, li tinsab fi Triq ir‑Repubblika, se tibqa’ tintuża għal funzjonijiet reliġjużi, filwaqt li FWA se tgħin sabiex jinkiseb finanzjament għax‑xogħlijiet ta’ konservazzjoni u toffri l‑appoġġ tagħha fil-kustodja tal-knisja.

Il‑ftehim kien iffirmat minn Michael Pace Ross, is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi, u ċ‑Chairman ta’ FWA Mario Farrugia, fil‑preżenza tar‑rettur il-ġdid tal‑knisja Mons… Kompli aqra »

Nofstanhar irtir għall-koperaturi (Malta)

Il-Koperaturi Maltin iltaqgħu fl-iskola St Michael għal irtir ta’ nofstanhar il-Ħadd 1 ta’ Diċembru 2024. Il-membru Emanuel Curmi mexxa żewġ riflessjonijiet fuq iż-żmien tal-Avvent u kif dan iż-żmien għandu jimlieni bix-xewqa qawwija li xi darba niltaqgħu mal-wiċċ tal-maħbub tagħna Ġesù wiċċ imb’wiċċ.

Dan l-irtir serva ta’ għajnuna kbira għall-koperaturi fil-bidu tal-Avvent, żmien fejn kull wieħed għandu jaħdem fuqu nnifsu biex iħejju qalbu bħal maxtura għal Ġesù Bambin… Kompli aqra »

L-Isqfijiet tal-UE jirriflettu fuq il-futur u l-isfidi tal-Ewropa wara l-elezzjoni tal-MEPs

The bishops of the European Union convened in Brussels from 27 to 29 November 2024 for the autumn Plenary Assembly of COMECE. Focus: peace, European integration, Single Market, the future of work in the EU and implementation of Article 17 TFEU.

The Assembly coincided with the European Parliament’s vote on the new European Commission, led by Ursula von der Leyen. In response, COMECE President Mgr… Kompli aqra »

Festa ta’ Sidtna Marija tal-Medalja Mirakoluża

Il-festa f’ġieħ Sidtna Marija tal-Medalja Mirakoluża kienet iċċelebrata fil-kappella tagħha, il-Blata l-Bajda nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru 2024. Fil-5.00 pm bdiet adorazzjoni Ewkaristika, li matulha ntalab ir-Rużarju u fl-aħħar ingħatat il-barka. Wara segwiet il-quddiesa solenni tal-festa mmexxija minn Dun Franco Fenech, Kappillan tal-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Ħamrun. Miegħu ikkonċelebra Dun Kevin Schembri, ir-rettur tal-Kappella. Waqt l-omelija Dun Franco qasam riflessjoni dwar kif il-Medalja Mirakoluża kienet mogħtija minn Sidtna Marija stess fid-dehriet lil Santa Katarina Labourè, f’Pariġi… Kompli aqra »

Filmat: Jinfetħu mill-ġdid il-bibien tal-Katidral ta’ Notre Dame fi Franza

Il-Katidral ta’ Notre Drame f’Pariġi li nħakem minn nirien f’April tal-2019 infetaħ mill-ġdid wara ħames snin ta’ manutenzjoni metikoluża.

F’ċelebrazzjoni solenni li għaliha attendew madwar 40 mexxej influwenti minn madwar id-dinja fosthom il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, il-President tal-Amerka Donald Trump u l-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy, kif ukoll il-Prinċep William f’isem il-Familja Rjali, ġie inawgurat mill-ġdid il-katidral rinomat mad-dinja kollha.

Wara ħames snin siekta, id-daqq tal-qanpiena ta’ Notre Dame magħrufa bħala ‘bourdon’ tat bidu għaċ-ċelebrazzjoni mmexxija mill-Arċisqof ta’ Pariġi Laurent Ulrich li ħabbat tliet taħbitiet fuq il-bieb tal-katidral bħala sinjal tal-ftuħ uffiċjali… Kompli aqra »

Tama permezz tal-Ikla tal-Milied ta’ Caritas Malta

Jitħabbru d-dettalji tal-ikla fil-Kurja tal-Arċisqof

Caritas Malta qed tistieden lill‑persuni li jinsabu weħidhom jew m’għandhomx il‑mezzi sabiex din is‑sena jqattgħu Milied b’dinjità u jiġu jieklu flimkien għall‑ikla tal‑Milied fil‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana. Din l-ikla hi turija ta’ mħabba mgħixha fil‑konkret u sinjal tanġibbli ta’ Knisja li tilqa’ lil kulħadd. 

Il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija, Dun Martin Micallef, qal li din l-ikla li ssir ta’ kull sena permezz ta’ Caritas Malta fil-Milied, li “hi festa fejn Ġesù, li ġie fostna, jgħallimna l-lingwa tal-imħabba kif proprju jiġri f’din l-ikla, ġest li l-Arċisqof Charles Scicluna jagħmlu billi jagħti dan il-post biex ngħixu l-kmandament tal-imħabba.”

Dun Martin żied jgħid li għal dan iż-żmien fil‑Knisja f’Malta hemm diversi kappillani li fil‑Milied jew fl‑ewwel tas‑sena jorganizzaw ikla għal nies weħidhom jew li għaddejjin minn diffikultajiet differenti fil-parroċċi tagħhom… Kompli aqra »

Nistennewk…

Is-Sibt 30 ta’ Novembru 2024, ittellgħet laqgħa bi preparazzjoni għaż-żmien sabiħ tal-Milied għall-adolexxenti kollha li jattendu fl-oqsma ta’ Malta flimkien mal-familji tagħhom. Din l-attività bit-tema ‘Nistennewk…’ saret fl-Awditorju, il-Blata l-Bajda. Permezz ta’ filmati u innijiet, dawk li attendew setgħu jirriflettu fuq iż-żmien ta’ stennija li għandu jwassalna għall-festa sabiħa tat-twelid ta’ Ġesù Bambin, nhar il-Milied. Fi tmien il-laqgħa tqassmet tifkira tal-okkażjoni.

Sors: Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranijasdcmuseum.org  Kompli aqra »

“Suldat ġie fuqi biex niekol magħhom wara li spiċċa r-Ramadan” – L-Arċisqof Alfred Xuereb

Mir-Rabat Għawdex għar-Rabat tal-Marokk.

Newsbook Malta poġġa mal-Arċisqof Alfred Xuereb, in-Nunzju Appostoliku tal-Marokk biex jitkellem dwar kif għex din l-aħħar sena f’dan l-irwol il-ġdid.

Fil-5 ta’ Jannar li għadda 2024, wara ħames snin Nunzju Appostoliku fil-Korea t’Isfel u fil-Mongolja, huwa ntbagħat il-Marokk, li għalih kien post kompletament ġdid. Mal-ewwel ħassu milqugħ u qal li hemmhekk in-nies dħulin waqt li rrakkonta esperjenza li fiha suldat mar jiġri għal fuqu eżatt malli ntemm ir-Ramadan biex miegħu jaqsam l-ikel li kellhom huma… Kompli aqra »

“Tiġġudikawniex” – jgħidu nisa li ħarġu miċ‑ċirku tal‑vjolenza lis-soċjetà

Nisa li ħarġu miċ‑ċirku tal‑vjolenza u li bbenefikaw mis‑servizzi ta’ appoġġ ta’ Fondazzjoni Sebħ, fetħu qalbhom dwar it‑trawmi li ffaċċjaw u enfasizzaw l‑importanza tal‑istabbiltà finanzjarja biex setgħu jaħarbu minn relazzjonijiet abbużivi.

Waqt li qasmu l‑esperjenzi ta’ abbuż li ġarrbu ma’ diversi stakeholders li jistgħu jagħmlu differenza f’dan il‑qasam, dawn in‑nisa għamlu appell urġenti biex jinbidlu l‑policies sabiex jingħata appoġġ aħjar lil nisa li ħarġu miċ‑ċirku tal‑vjolenza kif ukoll jipprevjenu l‑vjolenza… Kompli aqra »

Filmat: Isir ir-rit tar-Recognitio fil-Bażilika ta’ San Pietru

Ftit tal-jiem ilu, l-Arċipriet tal-Bażilika ta’ San Pietru, il-Kardinal Mauro Gambetti, mexxa ċ-ċerimonja msejħa ‘Recognitio’.

Dan ir-rit isir sabiex tinkiseb lura ċ-ċavetta tal-bieb, li nhar l-24 ta’ Diċembru – f’Lejlet il-Milied – il-Papa Franġisku jkun jista’ jiftaħ il-Porta Santa biex jinawgura l-Ġublew tat-Tama.

Fiċ-ċerimonja tar-Recognitio li saret nhar it-2 ta Diċembru, kien hemm l-irkupru ta’ kaxxa tal-ħadid issiġillata li tkun impoġġija f’ħajt… Kompli aqra »