L-Aħbarijiet

Il-Papa: Meħtieġa miżuri konkreti biex terġa’ titqajjem it-tama fil-familja u fit-twelid

At the “General States of Birth” meeting, Pope Francis calls for joint efforts to reverse the course of the “cold demographic winter” as birthrates decline in several nations, stressing that “it can be done” through mutual collaboration at all levels of society.

Addressing participants at the second edition of the “General State of Births” meeting held on Thursday at the Auditorium della Conciliazione in Rome, Pope Francis highlighted that the issue of the birthrate represents a real social emergency that is not immediately perceptible like other problems that occupy the news… Kompli aqra »

Inawgurat ir-restawr tal-faċċata tal-knisja tan-Naxxar

Proġett kofinanzjat mill-fondi Ewropej

Tlesta l‑proġett ta’ restawr fuq il‑faċċata, il‑koppla u l‑kampnari tal‑Knisja Parrokkjali tan‑Naxxar, proġett li sar b’investiment ta’ €155,500, li 80% minnhom kienu kofinanzjati minn fondi tal‑Unjoni Ewropea. Il‑proġett ġie inawgurat illum mill‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi u mis‑Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej Chris Bonett. Preżenti wkoll is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta Michael Pace Ross, u l‑Arċipriet Dun David Gauci.

Permezz ta’ dan il‑proġett, li għalih ikkontribwixxew ukoll il‑parruċċani tan‑Naxxar, tnaddfet il‑ġebla tal‑faċċata u tal‑kampnari u xi wħud mill‑ġebel, b’mod partikolari dak fin‑naħa ta’ fuq, kellu jinbidel minħabba deterjorazzjoni tal‑ġebla kawża tal‑espożizzjoni għall‑elementi naturali u t‑tniġġis tal‑arja… Kompli aqra »

Il-paċi li jagħtina l-Mulej minn issa hi t-togħma tal-ġenna – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-aħħar parti ta’ dan l-Evanġelju smajnieha l-Ħadd li għadda. Is-silta b’xi mod hi kompluta kif smajnieha llum għax tagħtina l-post, il-ħin u anki għaliex Ġesù qal il-kliem sabiħ li smajna fil-Ħadd tar-Ragħaj it-Tajjeb, ir-raba’ ħadd ta’ wara l-Għid. L-ewwel nett kienet ix-xitwa Ġesù, ovvjament immaġinaw żmien ix-xita u l-kesħa, ma jippritkax fil-beraħ imma jmur fit-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun, xi ħaġa msaqqfa, u jitkellem hemmhekk jiltaqa’ man-nies u hemmhekk il-Lhud jistaqsuh ċar u tond: “Jekk inti l-Messija, għidilna ċar u tond” (Ġw 10:24)… Kompli aqra »

L-ordinazzjoni ta’ tliet saċerdoti ġodda

Mix-xellug: Rev. Sean Abela, Patri Robert Calleja OFM Conv. u Rev. Jean Claude Attard

Il‑Knisja f’Malta se jkollha tliet saċerdoti ġodda. L‑ordinazzjoni presbiterali mill‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se ssir nhar is‑Sibt, 14 ta’ Mejju 2022, fid‑9:30 a.m., fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina, u se tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

It‑tliet djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma: Rev… Kompli aqra »

Il-Papa lill-Insara LGBT: “Alla ma jiċħad lil ħadd minn uliedu”

Il-Papa Franġisku esprima appoġġ għal proġett ġdid li jipprovdi riżorsi ġodda għall-ħidma tas-saċerdoti mal-Insara LGBT fil-parroċċi. Il-Papa bagħat nota lis-saċerdot Ġiżwita James Martin, li nieda s-sit Outreach aktar kmieni dan ix-xahar.

Patri Martin kiteb ittra lill-Papa Franġisku nhar il-Ħamis li għadda, fejn staqsieh tliet mistoqsijiet li jkollu b’mod regolari minn Insara LGBT u l-familji tagħhom. Ir-risposta mill-Papa waslet fi tliet ijiem: nota miktuba bl-idejn, bl-Ispanjol… Kompli aqra »

Ħsibijiet mill-Għid sa Pentekoste – Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid

Riflessjoni mill-Isqof Joseph Galea-Curmi għar-Raba’ Ħadd tal-Għid 2022

Evanġelju: Ġw 10:27-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja. U jiena nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem; u huma ma jintilfu qatt, u minn idejja ma jaħtafhomli ħadd. Missieri, li tahomli, hu akbar minn kulħadd, u ħadd ma jista’ jaħtafhom minn id il-Missier. Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda”… Kompli aqra »

€358,366 miġbura mill-Maltin u l-Għawdxin għall-poplu Ukren

Jingħalaq il-fond ta’ ġbir għall-Ukrajna

F’perjodu ta’ disa’ ġimgħat il-poplu Malti u Għawdxi ġabar is-somma ta’ €358,366 b’risq il-persuni fl-Ukrajna li bħalissa għaddejjin minn tbatija kbira minħabba l-gwerra u l-invażjoni Russa. Din hi waħda mill-inizjattivi li l-Knisja f’Malta ħadet biex tgħin lill-poplu Ukren. Din il-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi kienet qed titmexxa minn Caritas Malta fuq talba tal-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex.

Id-donazzjonijet ingħataw minn individwi, parroċċi, skejjel, kumpaniji u entitajiet oħra privati li wasslu d-donazzjoni tagħhom dirett għand Caritas Malta… Kompli aqra »

Kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ San Ġiljan

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ħatar lil Dun Paul Mizzi bħala kappillan tal‑parroċċa ta’ San Ġiljan waqt li rringrazzja lil Dun Claude Portelli, li serva bħala kappillan għal dawn l-aħħar 13-il sena u viċi kappillan għal sitt snin.

Dun Paul Mizzi twieled Tas‑Sliema fl‑24 ta’ Awwissu 1967. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja fl‑iskola ta’ St Joseph, Tas‑Sliema, l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Kulleġġ Santu Wistin, fil‑Pietà, u l‑edukazzjoni postsekondarja fil‑Junior College, l‑Imsida… Kompli aqra »

Live: Quddiesa fil-bidu tal-14-il leġiżlatura – 7 ta’ Mejju, 9am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »