L-Aħbarijiet

Live: Quddiesa fil-bidu tal-14-il leġiżlatura – 7 ta’ Mejju, 9am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

21 omm jingħataw l-għajnuna minn Dar Tgħanniqa ta’ Omm

L-Isqof Awżiljarju jżur ir-residenza fil-Mosta

L‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi żar ir‑residenza ‘Dar Tgħanniqa ta’ Omm’ fil‑Mosta, li tgħin ommijiet li minkejja d‑diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom waqt it‑tqala jagħtu prijorità l‑ħajja tat‑tarbija fil‑ġuf. F’din id‑dar, li hija mmexxija mill‑Fondazzjoni Life Network, mal‑21 omm ingħataw l‑għajnuna f’dawn l‑aħħar tliet snin. F’dawn il‑jiem, ‘Dar Tgħanniqa ta’ Omm’ hi miftuħa sabiex kull min jixtieq jagħti donazzjoni u jara b’għajnejh l‑għajnuna li qed tingħata lil dawn l‑ommijiet u t‑trabi tagħhom… Kompli aqra »

Programm t’attivitajiet għall-festa ta’ San Ġorġ Preca 2022

  Il-Kappella ta’ Sidtna Marija tal-Midalja Mirakoluża, il-Blata l-Bajda

Mil-lum jingħata bidu għall-programm ta’ attivitajiet għall-festa ta’ San Ġorġ Preca mis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija. Il-programm se jittella’ fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża, fejn jinsabu l-fdalijiet ta’ dan il-qaddis Malti, li hu l-fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M.

Mill-Ħamis 5 sas-Sibt 7 ta’ Mejju 2022
Adorazzjoni u barka sagramentali fil-5pm fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża. Wara quddiesa fis-6pm. Matul il-quddiesa jsir ħsieb dwar San Ġorġ Preca.

Il-Ħadd 8 ta’ Mejju 2022
Quddiesa fil-Kappella tal-Midalja Mirakoluża fit-8am… Kompli aqra »

Jintemm il-Kapitlu Provinċjali tas-Salesjani

Nhar l-Erbgha 4 ta’ Mejju 2022, intemm il-Kapitlu Provinċjali tas-Salesjani ta’ Dun Bosco f’Malta, li sar fid-dar tat-talb tal-Lunzjata, ir-Rabat. Matul il-Kapitlu rappreżentanti minn kull komunità Salesjana rriflettew, fi spirtu ta’ smigħ u dixxerniment, dwar numru ta’ proposti li huma l-frott ta’ proċess ta’ riflessjoni li kull komunità wettqet wara l-Kapitlu Ġenerali ta’ Turin li sar fi Frar tal-2020.

It-tema What kind of Salesian for the youth of today? … Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Il-fidi mhix is-simbolu tad-dgħufija tagħna, imma s-sinjal tal-qawwa tagħha

  Il-Vatikan

Katekeżi fuq ix-Xjuħija: 8. Elgħażar, il-koerenza tal-fidi, wirt tal-ġieħ

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-mixja ta’ dawn il-katekeżijiet fuq ix-xjuħija, illum se niltaqgħu ma’ persunaġġ bibliku – anzjan – jismu Elgħażar, li għex fi żmien il-persekuzzjoni ta’ Antjoku Epifanju. Hi figura sabiħa ħafna. Il-figura tiegħu tagħtina xhieda tar-relazzjoni speċjali li teżisti bejn il-fedeltà tax-xjuħija u l-ġieħ tal-fidiKompli aqra »

Il-Papa Franġisku: ‘Lest niltaqa’ ma’ Putin f’Moska’

“I have a torn ligament; I will have an operation with infiltrations and we will see… I’ve been like this for a long time; I can’t walk. There was a time when popes used to go with the gestatorial chair. It requires a little humiliation.”

This is how Pope Francis justified the fact that he could not get up to greet Luciano Fontana and the deputy director Fiorenza Sarzanini of the Corriere della Sera, whom he received at the Casa Santa Marta for an interview that the newspaper published on Tuesday… Kompli aqra »

Caritas b’riċerka dwar l-ispiża tal-ikel u mediċini għall-familji bi dħul baxx

L-istudju Minimum Essential Budget for a Decent living juri li x-xirjiet għolew b'iktar minn €100

Kull erba’ snin Caritas Malta, mill-2012, għamlet studju magħruf bħala Minimum Essential Budget for a Decent Living (MEBDL). L-iskop ta’ din ir-riċerka hu biex jiddentifika prezz ta’ baskett ta’ servizzi u oġġetti li familji bi dħul baxx, għandhom bżonn biex jgħixu ħajja diċenti. Dan l-istudju jiffoka fuq tliet tipi ta’ familji: żewġ adulti u żewġt itfal, adult u żewġt itfal, u żewġ anzjani… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ persuni li jattendu gruppi ta’ sapport għas-separati

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ltaqa’ ma’ persuni li għaddejjin minn separazzjoni fiż‑żwieġ u li bħalissa qed jattendu gruppi ta’ sapport immexxija minn Caritas Malta, kif ukoll fil‑parroċċi tal‑Mosta u Ħal Tarxien.

Waqt il‑laqgħa, l‑Arċisqof sema’ d‑diversi esperjenzi ta’ dawk li għaddew jew għaddejjin mis‑separazzjoni u l‑isfidi li jiltaqgħu magħhom f’dan il‑mumentta’ ħajjithom. Huma wrew apprezzament lejn il‑Knisja li taħdem mill‑qrib mal‑persuni separati u li fil‑parroċċi hemm għadd ta’ saċerdoti li huma sensittivi għal dawk li għaddejjin mis‑separazzjoni… Kompli aqra »