L-Aħbarijiet

Messaġġ ta’ ringrazzjament mill-Papa Franġisku lill-Arċisqof

Traduzzjoni għall-Malti

Lill-Għażiż Ħija
Mons. Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta u President tal-Konferenza Episkopali Maltija

Lura mill-Vjaġġ Appostoliku, nixtieq nirringrazzjak tal-impenn kbir waqt it-tħejjijiet taż-Żjara tiegħi. Insellem ukoll lis-saċerdoti, lir-reliġjużi rġiel u nisa, u l-lajċi li ħadmu flimkien.

Grazzi tal-merħba sabiħa, tal-ospitalità u tal-ġenerożità. Ngħożż l-umanità u l-umoriżmu tiegħek, kif ukoll l-imħabba li wrejtuni f’dawn il-jiem mimlija b’tant ferħ. 

Nittama li l-Mulej jagħtikom id-don tal-vokazzjonijiet u jippremjakom għall-kura li tagħtu bi mħabba lis-saċerdoti anzjani… Kompli aqra »

Live: Quddiesa tal-Ordinazzjoni Djakonali – 30 t’April 2022, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna f’Mejju 2022

Matul ix‑xahar ta’ Mejju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jkompli jiċċelebra quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑quddiesa tingħad it‑talba tar‑rużarju li tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta…
  • Kompli aqra »

Il-miżuri ta’ prevenzjoni fil-knejjes

Minn nhar it‑Tnejn, 2 ta’ Mejju, il‑miżuri ta’ prevenzjoni kontra l‑imxija tal‑COVID‑19 mhux se jibqgħu fis‑seħħ waqt il‑quddiesa u ċelebrazzjonijiet oħra bil‑preżenza tal‑pubbliku fil‑knejjes. Dan wara t‑tibdil fil‑liġijiet mħabbra mill‑awtoritajiet tas‑saħħa l‑ġimgħa li għaddiet u sakemm ma jinħarġux miżuri oħra.

Hu rrakkomandat li fil‑knejjes jibqa’ jintuża s‑sanitiser speċjalment minn dawk involuti direttament fiċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa, fosthom dawk li jqarbnu. 

L-Insara huma mħeġġa sabiex jattendu għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa fil-knejjes, b’mod partikolari fil-jum tal-Ħadd… Kompli aqra »

Kważi mimli l-kontejner bl-għotjiet tal-Maltin għall-poplu Ukren

Albert Debono, il-Kap tat-Taqsima tad-Djakonija fi ħdan l-NGO Caritas Malta, qal li l-kontejner bl-għotjiet tal-Maltin għall-poplu Ukren hu kważi mimli u l-unika donazzjonijiet li jifdal huma dawk tal-kumpaniji.

F’kumment ma’ Newsbook.com.mt, Debono, spjega li permezz tal-Koperattiva LOOP li tkopri l-Kummissjoni Migranti, Caritas Malta, l-Uffiċċju tad-Djakonija u numru ta’ parroċċi lokali, sar kuntatt mal-Caritas fl-Ukrajna li nediet lista ta’ affarijiet li kellha bżonn… Kompli aqra »

L-Arċisqof qatt ma talab li tiġi posposta ż-żjara tal-Papa

The Archdiocese categorically denies an allegation made by The Shift News website that Archbishop Charles Jude Scicluna requested a postponement of the visit to Malta by His Holiness Pope Francis.

A spokesperson for the Archdiocese said: “Nothing could be further from the truth. The visit had the Archbishop’s full support and it is hugely disappointing that a media outlet relies on anonymous and uninformed sources to erroneously state that the Apostolic Nuncio ‘overruled’ the Archbishop”… Kompli aqra »

Ktieb ġdid bil-Malti għat-tfal dwar il-Beatu Carlo Acutis

Il-Provinċja Franġiskana Maltija ppubblikat ktieb bil-Malti għat-tfal dwar il-beatu żagħżugħ Carlo Acutis. Il-ktieb, li nqaleb għall-Malti minn Francesco Pio Attard, oriġinarjament inkiteb bit-Taljan minn Maria Teresa Antognazza, u fih illustrazzjonijiet ta’ Bruno Dolif.

Fi stqarrija, Attard spjega li din il-pubblikazzjoni tista’ tingħata bħala rigal lit-tfal tal-katekiżmu jew tfal li se jirċievu l-ewwel tqarbina jew il-griżma tal-isqof, “għax tista’ tgħin lit-tfal tagħna jitħabbu mal-ħajja ta’ tifel bħalhom li kien kuraġġjuż biżżejjed li jipprova jħobb ftit iżjed lil Ġesù b’ġesti żgħar imma qawwija fl-istess ħin… Kompli aqra »

L-ordinazzjoni ta’ ħames djakni ġodda

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jordna ħames djakni ġodda nhar is‑Sibt li ġej, 30 ta’ April 2022. Il‑quddiesa se ssir fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fid‑9:30 a.m. Din se tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑ħames djakni huma tliet seminaristi u żewġ reliġjużi. It‑tliet seminaristi huma Gylan Camilleri mill‑Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il‑Għajn; Ian Diacono mill‑Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas‑Sliema; u Clive Seychell mill‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, il‑Kalkara… Kompli aqra »