L-Aħbarijiet

L-ordinazzjoni ta’ ħames djakni ġodda

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jordna ħames djakni ġodda nhar is‑Sibt li ġej, 30 ta’ April 2022. Il‑quddiesa se ssir fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, fid‑9:30 a.m. Din se tixxandar fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑ħames djakni huma tliet seminaristi u żewġ reliġjużi. It‑tliet seminaristi huma Gylan Camilleri mill‑Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il‑Għajn; Ian Diacono mill‑Parroċċa ta’ Stella Maris, Tas‑Sliema; u Clive Seychell mill‑Parroċċa ta’ San Ġużepp, il‑Kalkara… Kompli aqra »

Ħsibijiet mill-Għid sa Pentekoste – It-Tieni Ħadd tal-Għid

Riflessjoni mill-Isqof Joseph Galea-Curmi għat-Tieni Ħadd tal-Għid 2022

Evanġelju: Ġw 20:19-31

Dakinhar filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom”. Kif qal hekk, nefaħ fuqhom u qalilhom: “Ħudu l-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »

Disa’ saċerdoti jfakkru s-60 sena saċerdozju tagħhom

Disa’ saċerdoti Maltin din is-sena qed fakkru l-60 anniversarju mill-ordinazzjoni tagħhom għas-saċerdozju. Dan permezz ta’ quddiesa mmexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna fil-kappella tad-Dar tal-Kleru f’Birkirkara li hi ddedikata lil Kristu Saċerdot. Ikkonċelebraw l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona OP, u saċerdoti oħra residenti fid-Dar tal-Kleru.

Is-saċerdoti li ġew ordnati fl-1962 huma: Dun Ġużepp Berry, Mons. Vincent Deguara, Mons. Ġwann Galea, Mons. Lawrence Gatt, Mons… Kompli aqra »

L-Iskejjel tal-Knisja huma mħeġġa jużaw il-maskri

Today, the Public Health Authorities published the updated COVID-19 Guidelines for the education sector. These guidelines point out that “evidence to date still shows that wearing a mask is an effective means of preventing viral spread”. The guidelines also state that “each School should adapt these guidelines according to the specific setup of the School itself and in line with any other guidelines as issued from time to time by the Public Health Authorities”… Kompli aqra »

Taħditiet dwar il-beata Armida Barelli

L-Azzjoni Kattolika Maltija se tingħaqad mal-Azzjoni Kattolika Taljana għall-beatifikazzjoni tal-Venerabbli Armida Barelli, fundatriċi tal-Gioventù femminile (Azzjoni Kattolika tat-tfajliet), tal-Università Kattolika tal-Qalb Imqaddsa u tal-Istitut Sekolari tal-Missjunarji tar-Regalità ta’ Kristu. 

Għal din l-okkażjoni l-Azzjoni Kattolika Maltija qed torganizza għadd ta’ taħditiet dwarha bl-ewwel waħda mmirata għaż-żgħażagħ. Din se titmexxa minn Emanuela Gitto, il-Viċi-President Nazzjonali tal-Azione Cattolica Italiana għall-fergħa taż-żgħażagħ. It-taħdita se tkun bl-Ingliż u se ssir għada l-Ġimgħa 22 ta’ April fit-7:45pm… Kompli aqra »

Ġbir ta’ affarijiet essenzjali għall-poplu Ukren

Nhar is‑Sibt li ġej, 23 ta’ April 2022, għadd ta’ parroċċi f’Malta se jiġbru affarijiet bażiċi u essenzjali li għandu bżonn bħalissa l‑poplu Ukren. Din l‑inizjattiva qed tiġi kkordinata mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta permezz tal‑Koperattiva LOOP. 

Il‑prodotti meħtieġa jinkludu: ikel tat‑trabi, frott, ħaxix u laħam fil‑bottijiet, ħalib long‑life, juices, cereal bars, ikel li jsir malajr bħal noodles, ħrieqi tat‑trabi u l-adulti, diżinfettanti, prodotti għall‑iġene personali għall‑irġiel u għan‑nisa, toothpaste u mouthwash, sleeping bags, kutri, vacuum flasks kbar, lampi rechargeable u power banks għall‑mobile phones… Kompli aqra »

Live: Nipproteġu l-paċi fost it-tifrik tal-gwerra

Hekk kif il-gwerra fl-Ukrajna għadha għaddejja, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi llejla se torganizza taħdita pubblika dwar kif it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja jitfa’ dawl fuq ir-responsabbiltà li għandha l-komunità internazzjonali, inkluż dik ta’ Malta, b’rabta mal-protezzjoni ta’ ħajjiet innoċenti mill-ħruxija tal-kunflitti u l-gwerer. Din se ssir f’Dar Ħanin Samaritan f’Santa Venera u tibda fis-7pm.

Patri René Micallef SJ, li huwa Professur Assoċjat tal-Università Pontifiċja Gregorjana f’Ruma, se jindirizza t-taħdita… Kompli aqra »

Live: Quddiesa f’Ħadd il-Għid – 17 ta’ April, 9:30am

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Arċisqof jgħammed erbatax-il adult minn għaxar pajjiżi differenti

Illejla, waqt il‑Vġili Solenni tal‑Qawmien tal‑Mulej mill‑Imwiet fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser jiċċelebra s‑Sagramenti tad‑Dħul fil‑Ħajja Nisranija (magħmudija, griżma u tqarbin) lil erbatax‑il katekumenu, jiġifieri persuni li f’età adulta jagħżlu l‑ħajja Nisranija.

L‑erbatax‑il adult, li llejla b’dawn is‑sagramenti ser isiru membri ġodda tal‑Knisja Kattolika, huma minn għaxar pajjiżi differenti: Malta, iċ‑Ċina, il‑Kosta tal‑Avorju, il‑Portugall, ir‑Repubblika Ċeka, ir‑Russja, il‑Libja, il‑Kuwajt, in‑Nepal u l‑Albanija… Kompli aqra »