L-Aħbarijiet

Il-preżenza tiegħek tħeġġiġna aktar biex inkunu ta’ servizz għal dawk li jbatu – Patri Dijonisju Mintoff

Diskors ta' merħba minn Patri Dijonisju Mintoff

  Il-Laboratorju tal-Paċi Ġwanni XXIII, Ħal Far

Most Blessed Father Francis,

It is an immense joy and a great honor to welcome you among us. Your presence confirms us in our Faith in Jesus and encourages us even more to put ourselves at the service of those who suffer and who need our closeness, our care and our comfort.

Nobody would like to leave their history and their loved ones behind, but war, hunger and the inability to build their own future and that of their children push many men and women to flee their homeland and seek a safe place… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku f’Ħal Far: Ejjew inwieġbu għall-isfida tal-migranti u tar-rifuġjati bl-istil tal-umanità

Id-diskors tal-Papa fil-laqgħa mal-migranti

  Il-Laboratorju tal-Paċi Ġwanni XXIII, Ħal Far

Il-Messaġġ tal-Papa Franġisku

Insellmilkom minn qalbi; kemm inħossni kuntent li qed nagħlaq iż-żjara tiegħi f’Malta bi ftit ħin magħkom! Irrodd ħajr lil Patri Dijonisju għall-akkoljenza tiegħu; u fuq kollox jiena grat lejn Daniel u Siriman għax-xhieda tagħhom: ftaħtulna qlubkom u ħajjitkom, u fl-istess waqt kontu leħen għal tant aħwa, li jkollhom iħallu pajjiżhom biex ifittxu kenn żgur.

Kif għidt xi xhur ilu f’Lesbos, “ġejt hawn biex ngħidilkom li ninsab qrib tagħkom… Ninsab hawn biex nara l-uċuħ tagħkom, biex inħares f’għajnejkom” (Diskors f’Mytilene, 5 ta’ Diċembru 2021)… Kompli aqra »

Jalla l-kelma li qsamt magħna tkun għalina ta’ kuraġġ fil-ħajja, dawl fit-triq u faraġ fit-tiġrib – L-Arċisqof

Il-Messaġġ u rigal tal-Arċisqof Charles Scicluna lill-Papa Franġisku

  Il-Fosos, il-Furjana

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Santità,

Grazzi ħafna talli għażilt li żżurna. Grazzi li għoġbok tiċċelebra magħna din l-Ewkaristija solenni.  Grazzi tal-imħabba tiegħek għalina. 

Il-kelma li qsamt magħna tkun għalina ta’ kuraġġ fil-ħajja, ta’ dawl fit-triq, ta’ faraġ fit-tiġrib.

Fl-ewwel seklu wara l-Qawmien ta’ Ġesù mill-Imwiet, dawn il-gżejjer kellhom ix-xorti kbira li bil-grazzja t’Alla jilqgħu d-dawl tal-Evanġelju bil-preżenza fostna tal-Appostlu Missierna San Pawl… Kompli aqra »

Il-Papa fuq il-Fosos: Isir jaf lil Mulej tabilħaqq min jagħmel esperjenza tal-maħfra tiegħu

L-omelija tal-Papa Franġisku fir-Raba' Ħadd tar-Randan

  Il-Fosos, il-Furjana

Omelija mill-Papa Franġisku

Ġesù “l-għada qabel is-sebħ reġa’ mar fit-tempju, u l-poplu kollu ġie ħdejh” (Ġw 8:2). Hekk jiftaħ l-episodju tal-mara adultera. L-isfond jidher seren: għodwa f’dak il-post qaddis, fil-qalba ta’ Ġerusalemm. Il-protagonista hu l-poplu ta’ Alla, li fil-bitħa tat-Tempju mar ifittex lil Ġesù, l-Imgħallem: xtaq jisimgħu, għax dak li jgħid hu kien idawwal u jsaħħan il-qalb. It-tagħlim tiegħu ma kellu xejn astratt fih, kien imiss il-ħajja u jeħlisha, jibdilha, iġeddidha… Kompli aqra »

Il-Papa f’Għawdex: Intom teżor fil-Knisja u għall-Knisja

L-omelija tal-Papa Franġisku waqt il-laqgħa ta' talb f'Għawdex

  Is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex

Ħdejn is-salib ta’ Ġesù hemm wieqfa Marija u Ġwanni. L-Omm li tat id-dawl lill-Iben ta’ Alla hi mnikkta għall-mewt tiegħu waqt li d-dlamijiet qed jaħkmu fuq id-dinja; id-dixxiplu l-maħbub, li kien ħalla kollox biex jimxi warajh, issa jinsab wieqaf f’riġlejn l-Imgħallem mislub. Kollox jidher mitluf, kollox jidher spiċċa darba għal dejjem. U waqt li jitgħabba bil-ġrieħi tal-bnedmin kollha, Ġesù jitlob: “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?” (Mt 27:46; Mk 15:34)… Kompli aqra »

Tliet esperjenzi ta’ fidi mis-Santwarju Ta’ Pinu

Testimonjanzi minn Għawdex

  Is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex

Testimonjanza ta’ Sandi u Domenic Apap

Sandi: Santità, jiena Sandi u żewġi Domenic ilna miżżewġin 29 sena, wara tliet snin ta’ għerusija. Wara sena l-Mulej irregalalna tarbija, Nicole, li ftit tal-ġimgħat ilu għamlitna nanniet meta flimkien ma’ żewġha Christian tawna liċ-ċkejkna Thea.

Ta’ 23 sena, meta kien ilna biss 4 snin miżżewġin, jiena ġejt djanjostikata b’multiple sclerosis. Minn dakinhar ’il quddiem ħajjitna bdiet tinbidel, u aktar ma beda għaddej iż-żmien u s-sintomi ta’ din il-kundizzjoni bdew jiżdiedu, aktar ċertu ħolm taż-żgħożija beda jisfa fix-xejn… Kompli aqra »

L-Isqof Teuma lill-Papa: Għinna nitolbu biex il-ftehim u l-ferħ tal-kondiviżjoni jitqiesu aktar importanti mill-gwadann fil-familji tagħna

Merħba lill-Papa Franġisku mill-Isqof t'Għawdex

  Is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex

Diskors ta’ Merħba minn Mons. Anton Teuma, Isqof t’Għawdex

Santità,

Nagħtuk merħba fil-gżira tagħna, gżira żgħira imma b’qalb kbira. Nilqgħuk f’darna u f’dar Ommna, is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu.

Madwarek illejla hawn miġbura rappreżentanza ta’ din il-Knisja lokali. Hi Knisja li għandha għeruq profondi fl-istorja. Hawn fostna tfal, adolexxenti u żgħażagħ. Hawn il-familji li ħafna minnhom huma impenjati fil-pastorali u membri ta’ gruppi u assoċjazzjonijiet ekkleżjali… Kompli aqra »

Avviż

  It-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta

Għada, is-Sibt, 2 ta’ April 2022, il-Kurja tal-Arċisqof, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet; u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa l-ġurnata kollha.

Il-Kurja terġa’ tiftaħ it-Tnejn, 4 ta’ April 2022. Kompli aqra »