L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Frar

L-Erbgħa tal-Irmied
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoel 2, 12-18
Salm: 50 (51), 3-4.5-6a.12-13.14 u 17
It-Tieni Qari: 2 Kor 5, 20 – 6, 2

L-Evanġelju: Mt 6, 1-6.16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet.

Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 4, 1-10
Salm: 54 (55), 7-8.9-10a.10b-11a.23

L-Evanġelju: Mk 9, 30-37

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli għaddew minn nofs il-Galilija, u hu ma ried li ħadd ikun jaf, għax beda jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt”. Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u beżgħu jistaqsuh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 3, 13-18
Salm: 18 (19), 8.9.10.15

L-Evanġelju: Mk 9, 14-29

F’dak iż-żmien, Ġesù, Pietru, Ġakbu u Ġwanni, niżlu minn fuq il-muntanja u ġew ħdejn id-dixxipli l-oħra, rawhom b’kotra kbira ta’ nies madwarhom, u xi kittieba jitlewmu magħhom. In-nies, kif rawh, ilkoll stagħġbu ħafna u ġrew lejh biex isellmulu. U hu staqsiehom: “Fuqiex qegħdin titlewmu magħhom?”. U wieħed mill-kotra qallu: “Mgħallem, ġibtlek lil ibni għax għandu spirtu mbikkem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 23 ta’ Frar

Is-Seba’ Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lev 19, 1-2.17-18
Salm: 102 (103), 1-2.3-4.8.10.12-13
It-Tieni Qari: 1 Kor 3, 16-23

L-Evanġelju: Mt 5, 38-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu xi ntqal: “Għajn b’għajn u sinna b’sinna”. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll; u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Frar

Il-Kattedra ta’ San Pietru, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Piet 5,1-4
Salm: 22,1-6

L-Evanġelju: Mt 16,13-19

F’dak iż-żmien: Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti.” “Imma intom, min tgħidu li jien?” staqsiehom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 2, 14-24.26
Salm: 111 (112), 1-2.3-4.5-6

L-Evanġelju: Mk 8, 34 – 9,1

F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lejh in-nies flimkien mad-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u tal-Evanġelju, isalvaha.

Għax x’jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 2, 1-9
Salm: 33 (34), 2-3.4-5.6-7

L-Evanġelju: Mk 8, 27-33

F’dak iż-żmien, telaq Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu lejn l-irħula ta’ Ċesarija ta’ Filippu. Huma u mexjin, lid-dixxipli tiegħu għamlilhom din il-mistoqsija: “Min jgħidu n-nies li jien?” Weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, wieħed mill-profeti”.

Hu staqsiehom: “Imma intom, min tgħidu li jien?”. Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 1, 19-27
Salm: 14 (15), 2-3ab.3ċd-4ab.5

L-Evanġelju: Mk 8, 22-26

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli waslu Betsajda, u ħadulu quddiemu raġel agħma u talbuh imissu. Qabad l-agħma minn idu u ħadu barra mir-raħal, beżaqlu f’għajnejh, qiegħed idejh fuqu u staqsieh: “Qiegħed tara xi ħaġa?”. 

Dak ħares ’il fuq u qal: “Qiegħed nara n-nies, imma qiegħed narahom donnhom siġar mexjin”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 1, 12-18
Salm: 93 (94), 12-13a.14-15.18-19

L-Evanġelju: Mk 8, 14-21

F’dak iż-żmien, id-dixxipli nsew jieħdu l-ħobż, u ma kellhomx ħlief ħobża waħda magħhom fid-dgħajsa. Ġesù wissiehom u qalilhom: “Iftħu għajnejkom, oqogħdu attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi!”. Huma bdew jgħidu bejniethom: “Dan għax m’għandniex ħobż”.

Ġesù induna u qalilhom: “X’intom tgħidu bejnietkom li ma għandkomx ħobż? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 1, 1-11
Salm: 118 (119), 67.68.71.72.75.76

L-Evanġelju: Mk 8, 11-13

F’dak iż-żmien, ġew il-Fariżej u bdew iħaqquha ma’ Ġesù; u, biex iġarrbuh, talbuh sinjal mis-sema. Hu tniehed tnehida fih innifsu u qal: “Għalfejn irid sinjal dan in-nisel? Tassew ngħidilkom, ebda sinjal ma jingħatalu dan in-nisel”.

U telaqhom, raġa’ tala’ fuq id-dgħajsa u mar ix-xatt l-ieħor… Kompli aqra »