L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-Ħadd: 16 ta’ Frar

Is-Sitt Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 15, 15-20
Salm: 118 (119), 1-2.4-5.17-18.33-34
It-Tieni Qari: 1 Kor 2, 6-10

L-Evanġelju: Mt 5, 17-37

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 12, 26-32; 13, 33-34
Salm: 105 (106), 6-7a.19-20.21-22

L-Evanġelju: Mk 8, 1-10

F’dawk il-jiem, peress li reġgħet inġabret kotra kbira u ma kellhomx x’jieklu, Ġesù sejjaħ id-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Nitħassarhom lil dawn in-nies, għax ġa ilhom miegħi tlitt ijiem, u ma għandhom xejn x’jieklu. Jekk inħallihom imorru sajmin lejn djarhom, żgur iħosshom ħażin fit-triq, għax xi wħud minnhom ġew mill-bogħod”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 13, 46-69
Salm: 116, 1.2

L-Evanġelju: Lq 10: 1-9

F’dak iż-żmien: Il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 11, 4-13
Salm: 105 (106), 3-4.35-36.37 u 40

L-Evanġelju: Mk 7, 24-30

F’dak iż-żmien, Ġesù mar fl-inħawi tal-belt ta’ Tir. Daħal joqgħod f’dar, u ried li ħadd ma jsir jaf. Iżda ma setax ikun li jinħeba, għax malajr semgħet bih waħda mara li kellha lil bintha maħkuma minn spirtu ħażin, u marret tinxteħet f’riġlejh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 10, 1-10
Salm: 36 (37), 5-6.30-31.39-40

L-Evanġelju: Mk 7, 14-23

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ sejjaħ in-nies lejh u qalilhom: “Isimgħuni, intom ilkoll, u ifhmuni! Ma hemm xejn minn barra li meta jidħol fi bniedem itebbgħu; imma dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li jtabba’ lill-bniedem”.

Meta ħalla n-nies u daħal id-dar, id-dixxipli tiegħu staqsewh fuq il-parabbola… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Frar

Il-Verġni Mqaddsa Marija ta’ Lourdes
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 8, 22-23.27-30
Salm: 83 (84), 3.4.5 u 10.11

L-Evanġelju: Mk 7, 1-13

F’dak iż-żmien, il-Fariżej u xi wħud mill-kittieba li ġew minn Ġerusalemm inġabru ħdejn Ġesù, u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu kienu qegħdin jieklu b’idejhom mhumiex indaf, jiġifieri mhumiex maħsulin. Għax il-Fariżej, u l-Lhud kollha, biex iħarsu t-tradizzjoni ta’ missirijiethom, ma jmissux ikel qabel ma jkunu ħaslu jdejhom sewwa; hekk ukoll wara li jerġgħu lura mis-suq, ma jiklux jekk ma jinħaslux; u għandhom bosta drawwiet oħra li baqgħu marbutin magħhom minn żmien għal ieħor, bħalma huma l-ħasil tat-tazzi u tal-buqari u tal-ktieli tal-bronż… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Frar

In-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 14, 3-7
Salm: 107, 21-31
It-Tieni Qari: 2 Kor 11, 18.24-31 jew Atti 28, 1-6

L-Evanġelju: Mk 16, 15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Ħdax : “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.

U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 9 ta’ Frar

Il-Ħames Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 58, 7-10
Salm: 111 (112), 4-5.6-7.8a.9
It-Tieni Qari: 1 Kor 2, 1-5

L-Evanġelju: Mt 5, 13-16

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom il-melħ tal-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġa’ jieħu t-togħma? Ma jibqa’ tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies.

Intom id-dawl tad-dinja… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 3, 4-13
Salm: 118 (119), 9.10.11.12.13.14

L-Evanġelju: Mk 6, 30-34

F’dak iż-żmien, l-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kulma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit”. Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sirak 47, 2-13
Salm: 17 (18), 31.47 u 50.51

L-Evanġelju: Mk 6, 14-29

F’dak iż-żmien, is-sultan Erodi sama’ b’Ġesù, għax ismu kien sar magħruf, u xi wħud bdew jgħidu: “Ġwanni l-Battista qam mill-imwiet; minħabba f’hekk li s-setgħat tal-mirakli qegħdin jaħdmu fih”. Imma oħrajn bdew jgħidu: “Dan Elija”. U oħrajn: “Profeta, bħal wieħed mill-profeti l-oħra”. Iżda Erodi, meta sama’ bih, qal: “Ġwanni l-Battista, li jien qtajtlu rasu, hu qam mill-mewt!”… Kompli aqra »