L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 3: 21-30
Salm: 129 (130): 1-2.3-4b.4ċ-6

L-Evanġelju: Lq 11: 47-54

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: “Ħażin għalikom! Intom tibnu l-oqbra tal-profeti li qatlu missirijietkom, u b’hekk tagħtu xhieda ta’ kulma għamlu missirijietkom u turu li taqblu magħhom, għax huma qatluhom u intom tibnulhom l-oqbra. Kien għalhekk li l-Għerf ta’ Alla qal: “Jien nibagħtilhom profeti u appostli, u huma joqtlu u jippersegwitaw lil xi wħud minnhom”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 2, 1-11
Salm: 61 (62), 2-3.6-7.9

L-Evanġelju: Lq 11, 42-46

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: “Ħażin għalikom intom il-Fariżej! Intom tħallsu d-dieċmi fuq in-nagħniegħ u l-fejġel u fuq kull xorta ta’ ħxejjex, u mbagħad għal dik li hi ġustizzja u mħabba ta’ Alla tħallu kollox għaddej. Dawn kien imisskom tħarsu, mingħajr ma tħallu l-oħrajn barra. Ħażin għalikom intom il-Fariżej! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 1, 16-25
Salm: 18 (19), 2-3.4-5

L-Evanġelju: Lq 11, 37-41

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien qed jitkellem, wieħed Fariżew stiednu għandu għall-ikel. Daħal għandu u qagħad bilqiegħda. Imma l-Fariżew stagħġeb meta ra li qabel xejn ma nħasilx skont ir-riti ta’ qabel l-ikel.

U l-Mulej qallu: “U issa intom il-Fariżej! Intom tnaddfu t-tazza u l-platt minn barra, iżda minn ġewwa intom mimlija bis-serq u l-ħażen… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 1, 1-7
Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4

L-Evanġelju: Lq 11, 29-32

F’dak iż-żmien, meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel. F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum man-nies ta’ dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf tal-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 10 ta’ Ottubru

It-Tmienja u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 7:7-11
Salm: 89(90):12-13,14-15,16-17
It-Tieni Qari: Lhud 4:12-13

L-Evanġelju: Mk 10:17-30

F’dak iż-żmien, Ġesù kien se jaqbad it-triq lejn Ġerusalemm, meta mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkupptejh quddiemu u qallu: “Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”.

Qallu Ġesù: “Għaliex qiegħed issejjaħli tajjeb? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoel 4, 12-21
Salm: 96 (97), 1-2.5-6.11-12

L-Evanġelju: Lq 11, 27-28

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien qed jitkellem, kien hemm waħda mara li għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: “Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt!”. Iżda hu qalilha: “Imma tassew ngħidlek, aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha!”.

Qaddisa tal-jum: San Dijonisju, isqof u sħabu, martri Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Ottubru

L-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Katidral ta’ Malta – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Slat 8: 22-23. 27-30
Salm: 83: 3-5, 10-11

L-Evanġelju: Lq 19:1-10

F’dak iż-żmien: Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triqat tagħha. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani.

Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba fil-folla, billi kien raġel qasir… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Ottubru

L-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 1,12-14
Salm: Lq 1,46-55

L-Evanġelju: Lq 1,26-38

Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” 

Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima. Iżda l-anġlu qalilha: “Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla. Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġona 4, 1-11
Salm: 85 (86), 3-4.5-6.9-10

L-Evanġelju: Lq 11, 1-4

Darba Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu”.

U qalilhom: “Meta titolbu, għidu: Missier, jitqaddes ismek, tiġi Saltnatek. Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum. U aħfrilna dnubietna, għax aħna wkoll naħfru lil kull min hu ħati għalina,
u la ddaħħalniex fit-tiġrib”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġona 3, 1-10
Salm: 129 (130), 1-2.3-4ab.7-8

L-Evanġelju: Lq 10, 38-42

F’dak iż-żmien, huma u mexjin, Ġesù daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Imbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? … Kompli aqra »