L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 20, 1-13
Salm: 94 (95), 1-2.6-7.8-9

L-Evanġelju: Mt 16, 13-23

F’dak iż-żmien, Ġesù wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, u staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?”. U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti”. “Imma intom min tgħidu li jien?”, staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 13, 1-3a.25 -14, 1.26-30.34-35
Salm: 105 (106), 6-7a.13-14.21-22.23

L-Evanġelju: Mt 15, 21-28

F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ minn hemm u telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David! Binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna”. Iżda hu ma weġibhiex kelma.

Resqu lejh id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu: “Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 12, 1-13
Salm: 50 (51), 3-4.5-6a.6bċ-7.12-13

L-Evanġelju: Mt 14, 22-36

Wara li l-folla kielet, Ġesù minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu.

Id-dgħajsa kienet diġà f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 11, 4b-15
Salm: 80 (81), 12-13.14-15.16-17

L-Evanġelju: Mt 14, 13-21

F’dak iż-żmien, meta sama’ l-aħbar tal-mewt ta’ Ġwanni l-Battista, Ġesù telaq minn hemm bid-dgħajsa u mar waħdu f’post imwarrab. Imma n-nies semgħu fejn mar, u telqu warajh bil-mixi mill-ibliet. Xħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom, u fejqilhom il-morda tagħhom. Xħin sar filgħaxija d-dixxipli tiegħu resqu lejh u qalulu: “Dan post imwarrab, u l-ħin għamel sewwa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 1 ta’ Awwissu

It-Tmintax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 16:2-4,12-15
Salm: 77(78):3,4bċ,23-24,25,54
It-Tieni Qari: Efes 4:17,20-24

L-Evanġelju: Ġw 6:24-35

F’dak iż-żmien, in-nies meta ntebħu li fuq id-dgħajsa la kien hemm Ġesù u lanqas id-dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù. U meta sabuh in-naħa l-oħra tal-baħar staqsewh: “Rabbi, meta ġejt hawn?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lev 25, 1. 8-17
Salm: 66 (67), 2-3.5.7-8

L-Evanġelju: Mt 14, 1-12

F’dak iż-żmien, Erodi t-tetrarka sama’ bil-fama ta’ Ġesù u lill-qaddejja tiegħu qalilhom: “Dan Ġwanni l-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet! U minħabba f’hekk il-qawwa tal-mirakli qiegħda taħdem fih!”.

Għax Erodi kien arresta lil Ġwanni, u qaflu l-ħabs u ħallieh hemm minħabba Erodja, mart ħuh Filippu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lev 23, 1.4-11.15-16.27.34b-37
Salm: 80 (81), 3-4.5-6ab.10-11ab

L-Evanġelju: Mt 13, 54-58

F’dak iż-żmien, Ġesù mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: “Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa tal-għaġeb? Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu mhijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1Ġw 4, 7-16
Salm: 33, 2-11

L-Evanġelju: Lq 10, 38-42

F’dak iż-żmien: Ġesù daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed ighid.

Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Imbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, mintix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 34, 29-35
Salm: 98 (99), 5.6.7.9

L-Evanġelju: Mt 13, 44-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih, u kollu ferħan imur ibigħ kulma jkollu u jixtri dik l-għalqa.

Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin; meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kulma kellu u xtara lilha”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 33, 7-11; 34, 5b-9.28
Salm: 102 (103), 6-7.8-9.10-11.12-13

L-Evanġelju: Mt 13, 36-43

F’dak iż-żmien, Ġesù ħalla n-nies u mar id-dar. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu u qalulu: “Fissirhielna l-parabbola tas-sikrana fl-għalqa”. U weġibhom: “Dak li jiżra’ ż-żerriegħa t-tajba huwa Bin il-bniedem. L-għalqa hija d-dinja; iż-żerriegħa t-tajba huma wlied is-Saltna; is-sikrana huma wlied il-Ħażin, u l-għadu li żeragħha huwa x-Xitan… Kompli aqra »