L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 32, 15-24.30-34
Salm: 105 (106), 19-20.21-22.23

L-Evanġelju: Mt 13, 31-35

F’dak iż-żmien, Ġesù ġab lill-folla parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fl-għalqa tiegħu. Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost iż-żrieragħ kollha, iżda meta tikber, tkun l-akbar waħda fost il-ħxejjex u ssir siġra, hekk li l-għasafar tal-ajru jiġu jbejtu fil-friegħi tagħha”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 25 ta’ Lulju

Is-Sbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slat 4, 42-44
Salm: 144(145), 10-11,15-16,17-18
It-Tieni Qari: Efes 4, 1-6

L-Evanġelju: Ġw 6, 1-15

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta’ Tiberija. Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan tal-morda. Ġesù tela’ lejn l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 24, 3-8
Salm: 49 (50): 1-2.5-6.14-15

L-Evanġelju: Mt 13, 24-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġab parabbola oħra lill-folla u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq. Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 2, 19-20
Salm: Salm 33, 2-11

L-Evanġelju: Ġw 15, 1-8

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott hu jneħħiha; u kull waħda li tagħmel frott inaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba fil-kelma li għidtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Lulju

Santa Marija Maddalena – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għan 3, 1-4a
Salm: 62, 2-6.8-9

L-Evanġelju: Ġw 20, 1-2.11-18

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Marjam baqgħet ’il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli libsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn qabel kien hemm il-ġisem ta’ Ġesù… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 16, 1-5.9-15
Salm: 77 (78), 18-19.23-24.25-26.27-28

L-Evanġelju: Mt 13, 1-9

Dakinhar Ġesù ħareġ mid-dar, mar f’xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm. U nġabru madwaru folol hekk kbar ta’ nies li kellu jitla’ fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha; in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt.

Hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli. U qalilhom: “Darba wieħed bidwi ħareġ jiżra’… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 14, 21 – 15,1
Salm: Eżodu 15, 8-9.10 u 12.17

L-Evanġelju: Mt 12, 46-50

F’dak iż-żmien, kif Ġesù kien għadu qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra jfittxu li jkellmuk”. Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 14, 5-18
Salm: 15, 1-2.3-4.5-6

L-Evanġelju: Mt 12, 38-42

F’dak iż-żmien, xi wħud mill-kittieba u l-Fariżej qabdu u qalu lil Ġesù: “Mgħallem, xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek”. Iżda hu weġibhom: “Sinjal iridu nisel ħażin u infidil! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief dak tal-profeta Ġona. Għax kif Ġona għamel tlitt ijiem u tlitt iljieli f’żaqq il-ħuta, hekk ukoll Bin il-bniedem għad jagħmel tlitt ijiem u tlitt iljieli fil-qalba tal-art… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 18 ta’ Lulju

Is-Sittax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 23, 1-6
Salm: 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6
It-Tieni Qari: Efes 2, 13-18

L-Evanġelju: Mk 6, 30-34

F’dak iż-żmien, l-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kull ma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit”. Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 12, 37-42
Salm: 135 (136), 1 u 23-24. 10-12.13-15

L-Evanġelju: Mt 12, 14-21

F’dak iż-żmien, il-Fariżej ħarġu u bdew jiftiehmu bejniethom kontra Ġesù, kif se jeqirduh. Ġesù sar jaf b’dan u telaq minn hemm. Ħafna nies marru warajh u fejjaqhom kollha, u ordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal:

“Ara l-Qaddej tiegħi li jiena ħtart, l-għażiż tiegħi li bih ruħi tgħaxxqet! … Kompli aqra »