L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Lulju

L-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Slat 18, 42b-45a
Salm: Salm 14, 1-4

L-Evanġelju: Ġw 19, 25-27 (jew Mt 12, 46-50)

F’dak iż-żmien: Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hemm hu ibnek.”

Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hemm hi ommok”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 3, 13-20
Salm: 104 (105) 1 u 5. 8-9.24-25.26-27

L-Evanġelju: Mt 11, 28-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 3, 1-6.9-12
Salm: 102 (103), 1-2.3-4.6-7

L-Evanġelju: Mt 11, 25-27

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.

Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 2, 1-15a
Salm: 68 (69), 3.14.30-31.33-34

L-Evanġelju: Mt 11, 20-24

F’dak iż-żmien, Ġesù qabad iċanfar bis-sħiħ l-ibliet li ma wrewx indiema minkejja l-ħafna mirakli li kien għamel fihom: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies tal-ixkejjer u l-irmied. Iżda ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 1, 8-14. 22
Salm: 123 (124): 1-3.4-6.7-8

L-Evanġelju: Mt 10, 34 – 11, 1

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Taħsbux li jiena ġejt inġib il-paċi fuq l-art! Ġejt inġib mhux il-paċi, imma s-sejf. Iva, ġejt nifred lill-bniedem minn missieru, lill-bint minn ommha, u lill-mara minn omm żewġha; u l-bniedem ikollu n-nies ta’ daru stess għedewwa tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 11 ta’ Lulju

Il-Ħmistax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 7, 12-15
Salm: 84 (85), 9ab-10. 11-12. 13-14
It-Tieni Qari: Efes 1, 3-14

L-Evanġelju: Mk 6, 7-13

F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ it-Tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena. U wissiehom biex ma jieħdu xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar: la ħobż, la ħorġa, lanqas flus fi ħżiemhom; imma li jilbsu l-qrieq u ma jxiddux żewġ ilbiesi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 49, 29-33; 50, 15-26a
Salm: 104 (105), 1-2.3-4.6-7

L-Evanġelju: Mt 10, 24-33

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “Ma hemmx dixxiplu aqwa mill-imgħallem, anqas ilsir aqwa minn sidu. Biżżejjed għad-dixxiplu jekk joħroġ jixbah lill-imgħallem tiegħu u l-ilsir lil sidu. Jekk lil sid id-dar tawh il-laqam ta’ Begħelżebul, kemm aktar lin-nies ta’ daru!

Għalhekk la tibżgħux minnhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 46, 1-7. 28-30
Salm: 36 (37), 3-4.18-19.27-28.39-40

L-Evanġelju: Mt 10, 16-23

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u safjin bħall-ħamiem. Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 44, 18-21.23b-29; 45, 1-5
Salm: 104 (105), 16-17.18-19.20-21

L-Evanġelju: Mt 10, 7-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. Fejqu l-morda, qajmu l-mejtin, fejqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu. Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas ħatar, għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 41, 55-57; 42, 5-7a. 17-24a
Salm: 32 (33), 2-3.10-11.18-19

L-Evanġelju: Mt 10, 1-7

F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejqu kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu. L-ismijiet tat-tnax-l appostlu huma dawn: l-ewwel Xmun, jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, u Ġakbu ta’ Żebedew, u ħuh Ġwanni, Filippu u Bartilmew, Tumas u Mattew il-pubblikan, Ġakbu ta’ Alfew, u Taddew, Xmun il-Kanani, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh… Kompli aqra »