L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 9, 6-11
Salm: 111 (112), 1-2. 3-4. 9

L-Evanġelju: Mt 6, 1-6.16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet.

Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 8, 1-9
Salm: 145 (146), 1b-2. 5-6.7.8-9a

L-Evanġelju: Mt 5, 43-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: ‘Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek’. Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 6, 1-10
Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4

L-Evanġelju: Mt 5, 38-42

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna”. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll; u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 13 ta’ Ġunju

Il-Ħdax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 17, 22-24
Salm: 91(92), 2-3,13-14,15-16
It-Tieni Qari: 2 Kor 5, 6-10

L-Evanġelju: Mk 4, 26-34

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-kotra tan-nies: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif. L-art trodd minnha nfisha l-ewwel il-barma, imbagħad is-sbula, imbagħad il-qamħ mimli fis-sbula… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Ġunju

Il-Qalb bla Tebgħa tal-Imqaddsa Verġni Marija
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 5, 14-21
Salm: 102 (103), 1-2.3-4.8-9.11-12

L-Evanġelju: Mt 5, 33-37

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu wkoll x’intqal lin-nies ta’ dari: “Tonqosx mill-wegħda li ħlift imma rodd lill-Mulej il-wegħdiet li ħliftlu”. Imma jiena ngħidilkom biex ma taħilfu xejn, u la bis-sema, għax hu t-tron ta’ Alla, u la bl-art, għax fuqha jserraħ riġlejh, u lanqas b’Ġerusalemm, għaliex hija l-Belt tas-Sultan il-kbir… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Ġunju

Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 11, 1.3-4.8ċ-9
Salm: Is 12, 2-3.4bċd. 5-6
It-Tieni Qari: Efes 3, 8-12.14-19

L-Evanġelju: Ġw 19, 31-37

Billi kien Jum it-Tħejjija tal-Għid, il-Lhud ma ridux li f’jum is-Sibt l-iġsma jibqgħu fuq is-salib, għax dak is-Sibt kien jum solenni għalihom. Talbu mela lil Pilatu biex jiksrulhom riġlejhom u jneħħu l-iġsma… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 3, 15 – 4, 1.3-6
Salm: 84 (85), 9ab-10.11-12.13-14

L-Evanġelju: Mt 5, 20-26

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari: “La toqtolx”. Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 3, 4-11
Salm: 98 (99), 5.6.7.8.9

L-Evanġelju: Mt 5, 17-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 1, 8-22
Salm: 118 (119), 129.130.131.132. 133.135

L-Evanġelju: Mt 5, 13-16

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom il-melħ tal-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġa’ jieħu t-togħma? Ma jibqa’ tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies. Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt is-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 1, 1-7
Salm: 33 (34), 2-3.4-5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Mt 5, 1-12

F’dak iż-żmien, kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il-muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid: “Henjin il-foqra fl-ispirtu,
għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa. Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art… Kompli aqra »