L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 12, 24 – 13, 5a
Salm: 66 (67), 2-3.5.6 u 8

L-Evanġelju: Ġw 12, 44-50

F’dak iż-żmien, Ġesù għolla leħnu u qal: “Min jemmen fija jkun qiegħed jemmen mhux fija imma f’min bagħatni; u min jara lili jkun qiegħed jara lil min bagħatni. Jiena huwa d-dawl li ġejt fid-dinja biex kull min jemmen fija ma jibqax fid-dlam… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 11, 19-26
Salm: 86 (87), 1-3.4-5.6-7

L-Evanġelju: Ġw 10, 22-30

F’Ġerusalemm ħabtet il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju. Kienet ix-xitwa, u Ġesù kien miexi minn naħa għal oħra tat-tempju, fil-loġġa ta’ Salamun. Il-Lhud daru miegħu u qalulu: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond”. Weġibhom Ġesù: “Għedtilkom u intom ma temmnux. L-għemejjel li nagħmel jien f’isem Missieri jixhdu għalija… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 11, 1-18
Salm: 41 (42), 2-3; 42 (43), 3.4

L-Evanġelju: Ġw 10, 1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra, dak hu ħalliel u brigant. Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj tan-nagħaġ. Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom u joħroġhom barra… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 25 ta’ April

Ir-Raba’ Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 4,8-12
Salm: 117(118), 1,8-9,21-23,26,28ċd,29
It-Tieni Qari: 1 Ġw 3,1-2

L-Evanġelju: Ġw 10,11-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Jiena r-ragħaj it-tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu. Il-mikri, li mhuwiex ir-ragħaj, u li n-nagħaġ mhumiex tiegħu, jara l-lupu ġej, u jħalli n-nagħaġ u jaħrab; u l-lupu jaħtafhom u jxerridhom. Mikri hu, u ma jħabbilx rasu min-nagħaġ… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 9, 31-42
Salm: 115 (116), 12-13.14-15.16-17

L-Evanġelju: Ġw 6, 60-69

F’dak iż-żmien, ħafna dixxipli ta’ Ġesù, meta semgħuh jitkellem fuq il-ħobż tal-ħajja qalu: “Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?”. Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: “Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom? Mela xi tgħidu kieku kellkom taraw lil Bin il-bniedem tiela’ fejn kien qabel? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 9, 1-20
Salm: 116 (117), 1.2

L-Evanġelju: Ġw 6, 52-59

F’dak iż-żmien, il-Lhud tlewmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?” .Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 8, 26-40
Salm: 65 (66), 8-9. 16-17. 20

L-Evanġelju: Ġw 6, 44-51

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux lejja; u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Hemm miktub fil-Profeti: “U kulħadd ikun mgħallem minn Alla”. Mela kull min jisma’ lill-Missier u jitgħallem minnu jiġi għandi. Mhux għax xi ħadd qatt ra lill-Missier ħlief dak li hu minn Alla; hu dan li ra lill-Missier… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 8, 1b-8
Salm: 65 (66), 1-3a. 4-5. 6-7a

L-Evanġelju: Ġw 6, 35-40

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx! Imma jiena ġa għedtilkom li, għalkemm rajtuni, ma emmintux. Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra; għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 7, 51 – 8, 1a
Salm: 30 (31), 3ċd-4. 6ab u 7b u 8a. 17 u 21ab

L-Evanġelju: Ġw 6, 30-35

F’dak iż-żmien, in-nies staqsew lil Ġesù: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub: “Tahom jieklu ħobż mis-sema”.

Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6, 8-15
Salm: 118 (119), 23-24.26-27.29-30

L-Evanġelju: Ġw 6, 22-29

L-għada li Ġesù mexa fuq il-baħar, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela’ fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom. Mela waslu xi dgħajjes oħra minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr… Kompli aqra »