L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 6, 10-20
Salm: 110 (111), 1-2.4-5.9 u 10ċ

L-Evanġelju: Mk 2, 23-28

F’dak iż-żmien, f’jum is-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu, huma u mexjin, bdew jaqtgħu s-sbul. U l-Fariżej staqsewh: “Ara! Għaliex qegħdin jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”.

U hu qalilhom: “Qatt ma qrajtu x’għamel David meta kien fil-ħtieġa u ħadu l-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu, kif daħal fid-dar ta’ Alla, fi żmien il-qassis il-kbir Abjatar, u kiel il-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li ħadd ma kien jista’ jieklu ħlief il-qassisin, u ta minnu wkoll lil min kien miegħu!”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 5, 1-10
Salm: 109 (110), 1.2.3.4

L-Evanġelju: Mk 2, 18-22

Darba waħda d-dixxipli ta’ Ġwanni u l-Fariżej kienu sajmin, u ġew u qalu lil Ġesù: “Għaliex id-dixxipli ta’ Ġwanni u d-dixxipli tal-Fariżej isumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”. Qalilhom Ġesù: “Huwa l-ħbieb tal-għarus se jsumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Sakemm ikollhom l-għarus magħhom mhumiex se jsumu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 17 ta’ Jannar

It-Tieni Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 3, 3b-10,19
Salm: 39(40), 2,4ab,7-8a,8b-9,10
It-Tieni Qari: 1 Kor 6, 13c-15a,17-20

L-Evanġelju: Ġw 1, 35-42

F’dak iż-żmien, Ġwanni kien hemm ma’ tnejn mid-dixxipli tiegħu. Ħares lejn Ġesù li kien għaddej minn hemm, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla”. Iż-żewġ dixxipli semgħuh jgħid dan, u marru wara Ġesù… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 4, 12-16
Salm: 18 (19), 8.9.10.15

L-Evanġelju: Mk 2, 13-17

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ ħareġ lejn xatt il-baħar, u n-nies kollha resqu lejh, u hu qagħad jgħallimhom. Hu u għaddej lemaħ lil Levi ta’ Alfew bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi u qallu: “Ejja warajja”. Dak qam u mar warajh. U ġara li kif kien fuq il-mejda fid-dar tiegħu, bosta pubblikani u midinbin qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù, u mad-dixxipli tiegħu; għax kien hemm ħafna li bdew imorru warajh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 4, 1-5.11
Salm: 77 (78), 3 u 4bċ.6ċ-7.8

L-Evanġelju: Mk 2, 1-12

Wara xi ġranet Ġesù daħal Kafarnahum. In-nies semgħet li kien id-dar u nġabru bosta, hekk li ma kienx hemm fejn joqogħdu iżjed, anqas quddiem il-bieb. U qagħad ixandrilhom il-Kelma. U marru ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, merfugħ minn erbgħa min-nies. Billi ma setgħux jersqu sa ħdejh minħabba l-kotra, qalgħu s-saqaf ta’ fuqu, fetħu toqba, u niżżlu minnha l-friex li fuqu kien mimdud il-mifluġ… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 3, 7-14
Salm: 94 (95), 6-7.8-9.10-11

L-Evanġelju: Mk 1, 40-45

F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkupptejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni!”. Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf!”. U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf. U widdbu bis-sħiħ, bagħtu malajr u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosè, biex tkunilhom ta’ xhieda”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 2, 14-18
Salm: 104 (105), 1-2.3-4.6-7.8-9

L-Evanġelju: Mk 1, 29-39

F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ mis-sinagoga u baqa’ sejjer ma’ Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì. Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha. Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha. U d-deni ħallieha, u bdiet isservihom. Filgħaxija, imbagħad, fi nżul ix-xemx, ħadulu quddiemu lil dawk kollha li kienu morda jew li kienu maħkuma mix-xitan… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 2, 5-12
Salm: 8, 2a u 5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Mk 1, 21b-28

F’dak iż-żmien, Ġesù, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga ta’ Kafarnahum u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba.

Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 1, 1-6
Salm: 96 (97), 1 u 2b.6 u 7ċ.9

L-Evanġelju: Mk 1, 14-20

Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju”.

Waqt li kien għaddej ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ lil Xmun u ’l ħuh Indrì qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 10 ta’ Jannar

Il-Magħmudija tal-Mulej – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 55, 1-11
Salm: Iż 12, 2-3. 4bċd. 5-6
It-Tieni Qari: 1 Ġw 5, 1-9

L-Evanġelju: Mk 1, 7-11

F’dak iż-żmien, Ġwanni l-Battistakien ixandar u jgħid: “Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu. Jiena għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu”… Kompli aqra »