L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Novembru

Sant’Andrija, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 10, 9-18
Salm: 18, 2-5

L-Evanġelju: Mt 4, 18-22

F’dak iż-żmien: Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, Ġesù lemaħ żewġ aħwa, Xmun, jgħidulu Pietru, u Indrì ħuh, qegħdin ikalaw ix-xbiek il-baħar, għax kienu sajjieda. U qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin”.

U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 29 ta’ Novembru

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 63, 16b-17.19b; 64, 2-7
Salm: 79 (80), 2aċ.3b.15-16.18-19
It-Tieni Qari: 1 Kor 1, 3-9

L-Evanġelju: Mk 13, 33-37

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kunu għajnejkom miftuħa, ishru, għax ma tafux meta se jasal il-waqt. Jiġri bħal meta bniedem ikun siefer u telaq mid-dar, iħalli kollox f’idejn il-qaddejja tiegħu, kull wieħed fuq xogħlu, u lil tal-bieb jordnalu biex jibqa’ jishar… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 22, 1-7
Salm: 94 (95), 1-2.3-5.6-7

L-Evanġelju: Lq 21, 34-36

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Oqogħdu attenti, u qisu li l-ikel u x-xorb żejjed u s-sokor ma jmewtulkomx qalbkom, u tħallux li l-ħafna tħassib għall-ħtiġiet tal-ħajja jeħdilkom raskom, li ma ssibuhx dak il-Jum fuqkom għal għarrieda. Għax hu Jum li għad jaqa’ bħal nassa fuq kull min jgħammar fuq wiċċ l-art kollha… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 20, 1-4.11 – 21, 2
Salm: 83 (84), 3.4.5-6a u 8a

L-Evanġelju: Lq 21, 29-33

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Ħarsu lejn is-siġra tat-tin u s-siġar l-oħra. Malli tarawhom jarmu, intom stess tintebħu li s-sajf diġà fil-qrib. Hekk ukoll meta taraw dan jiġri, kunu afu li s-Saltna ta’ Alla hi fil-qrib. Tassew ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-nisel sa ma jiġri dan kollu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 18, 1-2.21-23; 19, 1-3.9a
Salm: 99 (100), 2.3.4.5

L-Evanġelju: Lq 21, 20-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta mbagħad taraw lil Ġerusalemm magħluqa minn kullimkien bl-eżerċti, tkunu tafu li l-qerda tagħha tkun waslet. Ħa jaħarbu mbagħad lejn il-muntanji dawk li jkunu fil-Lhudija u jitbiegħdu minnha dawk li jkunu ġo nofsha, u ma jerġgħux lura fiha dawk li jkunu fir-raba’; għax dawk ikunu jiem il-kastig li fihom iseħħ kulma hemm miktub… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 15, 1-4
Salm: 97 (98), 1.2-3ab.7-8.9

L-Evanġelju: Lq 21, 12-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jixħtu jdejhom fuqkom u jippersegwitawkom, jagħtukom f’idejn il-mexxejja tas-sinagoga u jitfgħukom il-ħabs, u jeħdukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba f’ismi. Dan ikun jiswielkom biex tistgħu tagħtu xhieda. U żommu sewwa f’moħħkom: toqogħdux taħsbu minn qabel kif se tiddefendu ruħkom, għax jien nagħtikom kliem u għerf li kull min ikun kontra tagħkom ma jkunx jista’ jiqaflu jew imerih… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 14, 14-19
Salm: 95 (96), 10.11-12.13

L-Evanġelju: Lq 21, 5-11

F’dak iż-żmien, kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom: “Kulma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx”.

U huma staqsewh u qalulu: “Mgħallem, issa dan meta għad jiġri? … Kompli aqra »

L-Evanġelju ta-jum: 23 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 14, 1-3.4b-5
Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6

L-Evanġelju: Lq 21, 1-4

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh u ra l-għonja jitfgħu l-offerti tagħhom fit-teżor tat-tempju. U ra wkoll waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar tal-flus, u qal: “Ngħidilkom is-sew, din l-armla fqira tefgħet iktar minnhom ilkoll. Għax dawn kollha għamlu offerti miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet dak kollu li kellha biex tgħix”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 22 ta’ Novembru

Sidna Ġesù Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 34, 11-12.15-17
Salm: 22 (23), 1-2a.2b-3.5-6
It-Tieni Qari: 1 Kor 15, 20-26.28

L-Evanġelju: Mt 25, 31-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Novembru

Il-Preżentazzjoni tal-Verġni Marija 
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Żak 2, 14-17
Salm: Lq 1, 46-55

L-Evanġelju: Mt 12, 46-50

F’dak iż-żmien: Kif Ġesù kien qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra ifittxu li jkellmuk.” Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? … Kompli aqra »