Sant’Andrija, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 10, 9-18
Salm: 18, 2-5

L-Evanġelju: Mt 4, 18-22

F’dak iż-żmien: Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, Ġesù lemaħ żewġ aħwa, Xmun, jgħidulu Pietru, u Indrì ħuh, qegħdin ikalaw ix-xbiek il-baħar, għax kienu sajjieda. U qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin”.

U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh. Wara li mexa minn hemm, ra żewġ aħwa oħra, Ġakbu ta’ Żebedew u ħuh Ġwanni, qegħdin fid-dgħajsa ma’ missierhom, Żebedew, iħejju x-xbiek tagħhom; u sejħilhom. Minnufih telqu d-dgħajsa u ’l missierhom, u marru warajh.