L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Tit 2, 1-8.11-14
Salm: 36 (37), 3-4.18 u 23.27 u 29

L-Evanġelju: Lq 17, 7-10

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Wieħed minnkom ikollu qaddej qiegħed jaħrat jew jirgħa; meta jidħol mill-għalqa x’se jgħidlu: “Ejja, isa, u oqgħod għall-ikel”? jew: “Lestili x’niekol, ilbes il-fardal u newwilli sa ma niekol u nixrob jien, u mbagħad tiekol u tixrob int”? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Novembru

Id-Dedikazzjoni tal-Bażilka tal-Lateran – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 47, 1-2. 8-9. 12 jew 1 Kor 3, 9b-11.16-17
Salm: 45, 2-3. 5-6. 8-9

L-Evanġelju: Ġw 2, 13-23

Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm. Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus. Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ’il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed u lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: «Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!» Id-dixxipli ftakru f’dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura, “Il-ħeġġa għal darek fnietni.”

Imbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: «X’sinjal se turina li inti tista’ tagħmel dan?» Ġesù weġibhom: «Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.» Għalhekk il-Lhud qalulu: «Dan it-tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?» Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 8 ta’ Novembru

It-Tnejn u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 6, 12-16
Salm: 62 (63), 2.3-4.5-6.7-8
It-Tieni Qari: 1 Tes 4, 13-18

L-Evanġelju: Mt 25, 1-13

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil 4, 10-19
Salm: 111 (112), 1-2.5-6.8a u 9

L-Evanġelju: Lq 16, 9-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Agħmlu għalikom infuskom ħbieb ta’ qligħ il-ħżunija, ħalli meta jonqoskom, jilqgħukom fl-għerejjex ta’ dejjem. Min hu fidil f’ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna; min hu diżonest f’ħaġa tassew żgħira, hu diżonest ukoll fil-ħafna. Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil 3, 17 – 4, 1
Salm: 121 (122), 1-2.3-4a.4b-5

L-Evanġelju: Lq 16, 1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù 1qal lid-dixxipli tiegħu: “Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu. Għalhekk is-sid sejjaħlu u qallu: “Dan x’inhu li qiegħed nisma’ fuqek? Agħtini kont tal-amministrazzjoni tiegħek, għax ma tistax tibqa’ iżjed amministratur tiegħi”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil 3, 3-8a
Salm: 104 (105), 2-3.4-5.6-7

L-Evanġelju: Lq 15, 1-10

F’dak iż-żmien, il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom biex jisimgħu lil Ġesù. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom”.

U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil 2, 12-18
Salm: 26 (27), 1.4.13-14

L-Evanġelju: Lq 14, 25-33

F’dak iż-żmien, kotra kbira ta’ nies kienet miexja ma’ Ġesù; hu dar lejhom u qalilhom: “Min jiġi għandi ma jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx lil missieru u ’l ommu u lil martu u lil uliedu, ’l ħutu subien u bniet, u saħansitra lilu nnifsu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil 2, 5-11
Salm: 21 (22), 26b-27.28-30a.31-32

L-Evanġelju: Lq 14, 15-24

F’dak iż-żmien, wieħed minn dawk li kienu ma’ Ġesù għall-mejda, meta semgħuh jgħid dan, qallu: “Hieni min jiekol il-ħobż fis-Saltna ta’ Alla!”. Iżda hu wieġeb: “Wieħed raġel għamel pranzu kbir u stieden ħafna nies. Meta sar il-ħin għall-ikel, bagħat lill-qaddej tiegħu għand il-mistednin biex jgħidilhom: “Ejjew, għax ġa lest kollox”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Novembru

L-Għid tal-Imwiet
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 19, 1.23-27a
Salm: 26
It-Tieni Qari: Rum 19, 1.23-27a

L-Evanġelju: Ġw 6, 37-40

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lin-nies: “Dak kollu li missieri jagħtini jiġi għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra; għax jiena nżilt mis-sema biex nagħmel mhux ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni.

Issa r-rieda ta’ min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 1 ta’ Novembru

Il-Qaddisin Kollha – Solennità

L-Ewwel Qari: Apok 7, 2-4,9-14
Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6
It-Tieni Qari: 1 Ġw 3, 1-3

L-Evanġelju: Mt 5, 1-12a

F’dak iż-żmien: Ġesù kif ra l-folol, tela’ fuq il-muntanja, u wara li qagħad bilqiegħda, resqu lejh id-dixxipli tiegħu. U hu fetaħ fommu u qabad ikellimhom u jgħid:

“Henjin il-fqar fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-saltna tas-Smewwiet… Kompli aqra »