L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 19, 19-21
Salm: 15 (16), 1-2a u 5. 7-8.9-10

L-Evanġelju: Mt 5, 33-37

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu wkoll x’intqal lin-nies ta’ dari: “Tonqosx mill-wegħda li ħlift imma rodd lill-Mulej il-wegħdiet li ħliftlu”. Imma jiena ngħidilkom biex ma taħilfu xejn, u la bis-sema, għax hu t-tron ta’ Alla, u la bl-art, għax fuqha jserraħ riġlejh, u lanqas b’Ġerusalemm, għaliex hija l-Belt tas-Sultan il-kbir… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 19, 9a.11-16
Salm: 26 (27), 7-8a.8b-9abċ.13-14

L-Evanġelju: Mt 5, 27-32

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu xi ntqal: “La tagħmilx adulterju”. Imma jiena ngħidilkom li kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu.

Jekk għajnek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqlagħha barra u armiha ’l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jinxteħet fl-infern… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 11, 21b-26
Salm: 97, 1-6

L-Evanġelju: Mt 10, 7-13

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u sejrin xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. Fejqu l-morda, qajmu l-mejtin, fejqu l-imġiddmin, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu. Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qorq u lanqas ħatar: għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 18, 20-39
Salm: 15 (16), 1-2a.4.5 u 8.11

L-Evanġelju: Mt 5, 17-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 17, 7-16
Salm: 4 , 2-3.4-5.7-8

L-Evanġelju: Mt 5, 13-16

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom il-melħ tal-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġa’ jieħu t-togħma? Ma jibqa’ tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies. Intom id-dawl tad-dinja.

Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slaten 17, 1-6
Salm: 120 (121), 1-2.3-4.5-6.7-8

L-Evanġelju: Mt 5, 1-12

F’dak iż-żmien, kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il-muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid: “Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa. Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ Ġunju

It-Trinità Qaddisa – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 34, 4b-6.8-9
Salm: Dan 3, 52.53.54.55.56
It-Tieni Qari: 2 Kor 13, 11-13

L-Evanġelju: Ġw 3, 16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu:  “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem.

Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tim 4, 1-8
Salm: 70 (71), 8-9.14-15ab.16-17.22

L-Evanġelju: Mk 12, 38-44

F’dak iż-żmien, Ġesù, hu u jgħallem lin-nies fit-tempju qalilhom: “Iftħu għajnejkom mill-kittieba, li jħobbu jduru mat-toroq bi lbiesi twal, jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez, u fis-sinagogi joqogħdu fis-siġġijiet ta’ quddiem, u fil-postijiet ewlenin fil-pranzijiet; iberbqu ġid ir-romol, u mbagħad għal wiċċ in-nies idumu ħafna jitolbu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tim 3, 10-17
Salm: 118 (119), 157.160.161.165.166.168

L-Evanġelju: Mk 12, 35-37

F’dak iż-żmien, hu u jgħallem fit-tempju, Ġesù qabad u qal: “Din kif inhi li l-kittieba jgħidu li l-Messija huwa bin David? David stess, imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu, qal: “Il-Mulej qal lil Sidi: Oqgħod fuq il-lemin tiegħi, sa ma nkun qegħedt l-għedewwa tiegħek taħt riġlejk”. Jekk David stess sejjaħlu Sidu, mela kif inhu ibnu?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tim 2, 8-15
Salm: 24 (25), 4bċ-5ab.8-9.10 u 14

L-Evanġelju: Mk 12, 28b-34

F’dak iż-żmien, wieħed mill-kittieba resaq fuq Ġesù u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?”. Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: Isma’ Iżrael; il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha… Kompli aqra »