L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Mejju

Il-Ġimgħa tal-Ħames Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 15, 22-31
Salm: 56 (57), 8-9.10-12

L-Evanġelju: Ġw 15, 12-17

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom. Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kulma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Mejju

San Mattija, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 1, 15-17. 20-26
Salm: 112, 1-8

L-Evanġelju: Ġw 15, 9-17

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jien ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed fi mħabbtu. Għidtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun fil-milja tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Mejju

L-Erbgħa tal-Ħames Ġimgħa tal-Għid / L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Fatima
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 15, 1-6
Salm: 121 (122), 1-2.3-4a.4b-5

L-Evanġelju: Ġw 15, 1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Mejju

It-Tlieta tal-Ħames Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 14, 19-28
Salm: 144 (145), 10-11.12-13ab.21

L-Evanġelju: Ġw 14, 27-31a

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’. Smajtu x’għedtilkom: “Jiena sejjer u nerġa’ niġi għandkom”.

Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Mejju

It-Tnejn tal-Ħames Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 14, 5-18
Salm: 113B (115), 1-2.3-4.15-16

L-Evanġelju: Ġw 14, 21-26

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Min iżomm il-kmandamenti tiegħi u jħarishom, dak hu li jħobbni; u min iħobb lili, iħobbu wkoll il-Missier, u jiena wkoll inħobbu u nurih lili nnifsi”. Ġuda – l-ieħor, mhux l-Iskarjota – qal lil Ġesù: “Mulej, din kif inhi li inti se turi ruħek lilna u mhux lid-dinja?”. 

Ġesù wieġbu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 10 ta’ Mejju

Il-Ħames Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6, 1-7
Salm: 32 (33), 1-2.4-5.18-19
It-Tieni Qari: 1 Piet 2, 4-9

L-Evanġelju: Ġw 14, 1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet. Li ma kienx hekk, kont ngħidilkom: “Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu?”. U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Mejju

San Ġorġ Preca, Presbiteru – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 21, 11-17, 21 jew 2 Tim 2, 1-11
Salm: 119, 33-42

L-Evanġelju: Mk 16, 14a. 15-20

Fl-aħħar Ġesù wera ruħu lill-ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Mejju

Il-Ġimgħa tar-Raba’ Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 13, 26-33
Salm: 2, 6-7.8-9.10-11

L-Evanġelju: Ġw 14, 1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet. Li ma kienx hekk, kont ngħidilkom: “Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu”? U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Mejju

Il-Ħamis tar-Raba’ Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 13, 13-25
Salm: 88 (89), 2-3.21-22.25 u 27

L-Evanġelju: Ġw 13, 16-20

Wara li ħaslilhom saqajhom, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, l-ilsir mhuwiex aqwa minn sidu, anqas il-messaġġier ma hu aqwa minn min jibagħtu. Jekk dawn il-ħwejjeġ tafuhom, henjin intom jekk tagħmluhom. Jien m’iniex ngħid għalikom ilkoll, għax jien naf x’nies għażilt, imma għandha sseħħ l-Iskrittura li tgħid: “Min kiel il-ħobż miegħi, tani bis-sieq”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Mejju

L-Erbgħa tar-Raba’ Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 12, 24 – 13, 5a
Salm: 66 (67), 2-3.5.6 u 8

L-Evanġelju: Ġw 12, 44-50

F’dak iż-żmien, Ġesù għolla leħnu u qal: “Min jemmen fija jkun qiegħed jemmen mhux fija imma f’min bagħatni; u min jara lili jkun qiegħed jara lil min bagħatni. Jiena huwa d-dawl li ġejt fid-dinja biex kull min jemmen fija ma jibqax fid-dlam… Kompli aqra »