L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 5, 1-6.13-14.16-17.23-28
Salm: Dan 3, 62.63.64.65.66.67

L-Evanġelju: Lq 21, 12-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jixħtu jdejhom fuqkom u jippersegwitawkom, jagħtukom f’idejn il-mexxejja tas-sinagoga u jitfgħukom il-ħabs, u jeħdukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba f’ismi. Dan ikun jiswielkom biex tistgħu tagħtu xhieda.

U żommu sewwa f’moħħkom: toqogħdux taħsbu minn qabel kif se tiddefendu ruħkom, għax jien nagħtikom kliem u għerf li kull min ikun kontra tagħkom ma jkunx jista’ jiqaflu jew imerih… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 2, 31-45
Salm: Dan 3, 57.58.59.60.61

L-Evanġelju: Lq 21, 5-11

F’dak iż-żmien, kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom: “Kulma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx”.

U huma staqsewh u qalulu: “Mgħallem, issa dan meta għad jiġri? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 1, 1-6, 8-20
Salm: Dan 3, 52.53.54.55.56

L-Evanġelju: Lq 21, 1-4

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh u ra l-għonja jitfgħu l-offerti tagħhom fit-teżor tat-tempju. U ra wkoll waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar tal-flus, u qal: “Ngħidilkom is-sew, din l-armla fqira tefgħet iktar minnhom ilkoll.

Għax dawn kollha għamlu offerti miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet dak kollu li kellha biex tgħix”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 24 ta’ Novembru

Sidna Ġesù Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 5, 1-3
Salm: 121 (122), 1-2.4-5
It-Tieni Qari: Kol 1, 12-20

L-Evanġelju: Lq 23, 35-43

F’dak iż-żmien, wara li sallbu lil Ġesù, il-poplu waqaf hemm iħares, waqt li l-kapijiet bdew jiddieħku b’Ġesù u jgħidu: “Salva lil oħrajn; ħa jsalva lilu nnifsu jekk dan hu l-Messija, il-Maħtur ta’ Alla!”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Mak 6, 1-13
Salm: 9, 2-3.4 u 6.16b u 19

L-Evanġelju: Lq 20, 27-40

F’dak iż-żmien resqu fuq Ġesù xi wħud mis-Sadduċej, dawk li jiċħdu l-qawmien mill-imwiet, u staqsewh: “Mgħallem, Mosè ħallielna miktub: “Jekk wieħed imutlu ħuh miżżewweġ u dan ikun bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla biex inissel ulied lil ħuh”. Issa jkun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla tfal… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Mak 4, 36-37.52-59
Salm: 1 Kron 29, 10.11abċ.11d-12a.12bċd

L-Evanġelju: Lq 19, 45-48

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi ’l barra l-bejjiegħa u jgħidilhom: “Hemm miktub: “Id-dar tiegħi tkun dar it-talb”. Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin”. U kien jgħallem kuljum fit-tempju.

Il-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-kbarat tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh; iżda ma kinux jafu x’jaqbdu jagħmlu, għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Novembru

Il-Preżentazzjoni tal-Verġni Marija 
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Żak 2, 14-17
Salm: Lq 1:46-55

L-Evanġelju: Mt 12: 46-50

F’dak iż-żmien: Kif Ġesù kien qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra ifittxu li jkellmuk.”

Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Mak 7, 1.20-31
Salm: 16 (17), 1.5-6.8b u 15

L-Evanġelju: Lq 19, 11-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola, għax kien qrib Ġerusalemm, u n-nies kien mingħalihom li s-Saltna ta’ Alla kienet se tidher minnufih. Mela qal: “Wieħed raġel nobbli siefer f’pajjiż fil-bogħod biex jagħmluh sultan u mbagħad jerġa’ lura. Sejjaħ għaxar qaddejja tiegħu, tahom għaxar miniet u qalilhom: “Ħaddmuhom, sa ma nerġa’ niġi”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Mak 6, 18-31
Salm: 3, 2-3.4-5.6-7

L-Evanġelju: Lq 19, 1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir. Għalhekk mar jiġri ’l quddiem u xxabbat ma’ siġra tat-tin selvaġġ, għax minn dik in-naħa kien se jgħaddi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Mak 1, 10-15.41-43.54-57.62-64
Salm: 118 (119), 53.61.134.150.155.158

L-Evanġelju: Lq 18, 35-43

Waqt li Ġesù kien riesaq lejn Ġeriko, kien hemm wieħed agħma bilqiegħda mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità. Dan sama’ l-kotra tan-nies għaddejja u beda jistaqsi x’ġara. U qalulu li kien għaddej Ġesù ta’ Nazaret.

Hu qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni”… Kompli aqra »