L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efesin 2: 19-22
Salm: 18, 2-5

L-Evanġelju: Lq 6: 12-16

Darba fost l-oħrajn, Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun imlaqqam l-Imħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 27 ta’ Ottubru

It-Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 35, 12-14.16-18
Salm: 33, 2-3.17-18.19 u 23
It-Tieni Qari: 2 Tim 4, 6-8. 16-18

L-Evanġelju: Lq 18, 9-14

F’dak iż-żmien, kien hemm uħud li kienu jafdaw fihom infushom li huma ġusti u kienu jmaqdru lill-oħrajn.

Ġesù qalilhom din il-parabbola: “Żewġt irġiel, wieħed fariżew u l-ieħor pubblikan, telgħu fit-tempju biex jitolbu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 8, 1-11
Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6

L-Evanġelju: Lq 13, 1-9

F’dak iż-żmien, ġew xi wħud għand Ġesù u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 7, 18-25a
Salm: 118 (119), 66.68.76.77.93.94

L-Evanġelju: Lq 12, 54-59
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Meta taraw sħaba tielgħa mill-Punent, malajr tgħidu li tkun ġejja x-xita; u hekk jiġri. U meta jonfoħ ir-riħ isfel, tgħidu li sħana se tagħmel; u tagħmel tassew. Uċuħ b’oħra, tafu taqraw wiċċ is-sema, u wiċċ l-art ukoll; mela ż-żmien ta’ issa kif ma tafux tfissruh? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 6, 19-23
Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

L-Evanġelju: Lq 12, 49-53
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ!

Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum ’il quddiem ħamsa minn nies f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta; jinfirdu l-missier kontra l-iben u l-iben kontra l-missier, l-omm kontra l-bint u l-bint kontra l-omm, omm ir-raġel kontra mart binha u mart l-iben kontra omm żewġha”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 6, 12-18
Salm: 123 (124), 1-3.4-6.7-8

L-Evanġelju: Lq 12, 39-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf xħin ikun ġej il-ħalliel ma kienx se jħalli min jinfidlu l-ħajt ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 5, 12.15b.17-19.20b-21
Salm: 39 (40), 7-8a.8b-9.10.17

L-Evanġelju: Lq 12, 35-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Żommu ġenbejkom imħażżma u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula; kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat jiftħulu minnufih.

Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru! Tassew ngħidilkom, li hu jitħażżem, iqegħedhom madwar il-mejda, u jgħaddi quddiemhom iservihom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Rum 4, 20-25
    Salm: Lq 1, 69-70.71-72.73-75

    L-Evanġelju: Lq 12, 13-21

  • F’dak iż-żmien, xi ħadd mill-folla qal lil Ġesù: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi”. Wieġbu Ġesù: “Ħabib, min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?”. Imbagħad qal lin-nies: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 20 ta’ Ottubru

  • Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena – Ġurnata Missjunarja
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eż 17, 8-13
    Salm: 120 (121), 1-2.3-4.5-6.7-8
    It-Tieni Qari: 2 Tim 3, 14 – 4,2

    L-Evanġelju: Lq 18, 1-8

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Rum 4, 13. 16-18
    Salm: 104 (105), 6-7.8-9.42-43

    L-Evanġelju: Lq 12, 8-12

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li huwa miegħi, Bin il-bniedem ukoll jistqarr li huwa miegħu quddiem l-anġli ta’ Alla. Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien niċħad lilu quddiem l-anġli ta’ Alla…

  • Kompli aqra »