L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Ottubru

  • San Luqa, Evanġelista – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Tim 4, 10-17b
    Salm: 144, 10-13.17-18

    L-Evanġelju: Lq 10, 1-9

  • F’dak iż-żmien: il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sa jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Rum 3, 21-30
    Salm: 129 (130), 1-2.3-4b.4ċ-6

    L-Evanġelju: Lq 11, 47-54

  • F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: “Ħażin għalikom! Intom tibnu l-oqbra tal-profeti li qatlu missirijietkom, u b’hekk tagħtu xhieda ta’ kulma għamlu missirijietkom u turu li taqblu magħhom, għax huma qatluhom u intom tibnulhom l-oqbra.

    Kien għalhekk li l-Għerf ta’ Alla qal: “Jien nibagħtilhom profeti u appostli, u huma joqtlu u jippersegwitaw lil xi wħud minnhom”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Rum 2, 1-11
    Salm: 61 (62), 2-3.6-7.9

    L-Evanġelju: Lq 11, 42-46

  • F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: “Ħażin għalikom intom il-Fariżej! Intom tħallsu d-dieċmi fuq in-nagħniegħ u l-fejġel u fuq kull xorta ta’ ħxejjex, u mbagħad għal dik li hi ġustizzja u mħabba ta’ Alla tħallu kollox għaddej. Dawn kien imisskom tħarsu, mingħajr ma tħallu l-oħrajn barra…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Rum 1, 16-25
    Salm: 18 (19), 2-3.4-5

    L-Evanġelju: Luqa 11, 37-41

  • F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien qed jitkellem, wieħed Fariżew stiednu għandu għall-ikel. Daħal għandu u qagħad bilqiegħda. Imma l-Fariżew stagħġeb meta ra li qabel xejn ma nħasilx skont ir-riti ta’ qabel l-ikel.

    U l-Mulej qallu: “U issa intom il-Fariżej! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Rum 1, 1-7
    Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4

    L-Evanġelju: Lq 11, 29-32

  • F’dak iż-żmien, meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 13 ta’ Ottubru

  • It-Tmienja u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Slat 5, 14-17
    Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4
    It-Tieni Qari: 2 Tim 2, 8-13

    L-Evanġelju: Lq 17, 11-19

  • Ġara li huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija. Kif kien dieħel f’raħal, iltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġoel 4, 12-21
    Salm: 96 (97), 1-2.5-6.11-12

    L-Evanġelju: Lq 11, 27-28

  • F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien qed jitkellem, kien hemm waħda mara li għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: “Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt!”. Iżda hu qalilha: “Imma tassew ngħidlek, aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha!”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġoel 1, 13-15; 2, 1-2
    Salm: 9, 2-3.6 u 16.8-9

    L-Evanġelju: Lq 11, 15-26

  • F’dak iż-żmien, wara li Ġesù keċċa xitan, xi wħud qalulu: “Bis-saħħa ta’ Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten”. Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandu sinjal mis-sema. Iżda hu ntebaħ x’kienet il-fehma tagħhom, u qalilhom: “Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u taqa’ dar fuq oħra…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Mal 3, 13-20a
    Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

    L-Evanġelju: Lq 11, 5-13

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Wieħed minnkom ikollu ħabib li jiġih f’nofs ta’ lejl u jgħidlu: “Ħabib, islifni tliet ħobżiet, għax ġie għandi wieħed ħabib tiegħi mill-vjaġġ u ma għandix x’nagħtih”. U l-ieħor iwieġbu minn ġewwa u jgħidlu: “Iddejjaqnix; issa l-bieb magħluq, u wliedi qegħdin fis-sodda miegħi; ma nistax inqum nagħtik”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Ottubru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġona 4, 1-11
    Salm: 85 (86), 3-4.5-6.9-10

    L-Evanġelju: Lq 11, 1-4

  • Darba Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu”. U qalilhom: “Meta titolbu, għidu: Missier, jitqaddes ismek, tiġi Saltnatek. Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum…

  • Kompli aqra »