• Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġona 4, 1-11
    Salm: 85 (86), 3-4.5-6.9-10

    L-Evanġelju: Lq 11, 1-4

  • Darba Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu”. U qalilhom: “Meta titolbu, għidu: Missier, jitqaddes ismek, tiġi Saltnatek. Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum. U aħfrilna dnubietna, għax aħna wkoll naħfru lil kull min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib”.

    Qaddis tal-jum: San Djonisju, Isqof u sħabu, martri