L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-Ħadd: 29 ta’ Settembru

  • Is-Sitta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Għam 6, 1a. 4-7
    Salm: 145 (146), 7.8-9a.9bċ-10
    It-Tieni Qari: 1 Tim 6, 11-16

    L-Evanġelju: Lq 16, 19-31

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-fariżej: “Mela kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Żak 2, 5-9.14-15a
    Salm: Ġer 31, 10.11-12ab.13

    L-Evanġelju: Lq 9, 43b-45

  • F’dak iż-żmien, waqt li kulħadd kien imnixxef bil-għaġeb quddiem dan il-kobor liema bħalu ta’ Alla, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin”.

    Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa’ mistur għalihom hekk li ma qabdu xejn minnu, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ħag 1, 15b – 2,9
    Salm: 42 (43), 1.2.3.4

    L-Evanġelju: Lq 9, 18-22

  • Darba, waqt li Ġesù kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: “Min jgħidu n-nies li jien?”. Huma weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ħag 1, 1-8
    Salm: 149 (150), 1-2.3-4.5-6a u 9b

    L-Evanġelju: Lq 9, 7-9

  • F’dak iż-żmien, dawn il-ġrajja kollha waslu f’widnejn Erodi t-tetrarka u beda jitħasseb, għaliex xi wħud kienu qegħdin jgħidu li Ġwanni qam mill-imwiet, waqt li oħrajn qalu li deher Elija, u oħrajn li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Esd 9, 5-9
    Salm: Tob 13, 2.3-4a.4bċd.5.8

    L-Evanġelju: Lq 9, 1-6

  • F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lit-Tnax madwaru u tahom qawwa u setgħa fuq ix-xjaten kollha u li jfejqu l-mard. U bagħathom ixandru s-Saltna ta’ Alla u jfejqu l-morda.

    U qalilhom: “Tieħdu xejn magħkom għat-triq, la ħatar, la ħorġa, la ħobż u lanqas flus, u lanqas ma jkollkom żewġ ilbiesi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Esd 6, 7-8.12b.14-20
    Salm: 121 (122), 1-2.3-4a.4b-5

    L-Evanġelju: Lq 8, 19-21

  • F’dak iż-żmien, ġew għal Ġesù ommu u ħutu, iżda ma setgħux jersqu lejh minħabba l-folla.

    Xi ħadd qallu: “Ommok u ħutek qegħdin hawn barra u jridu jarawk”. Iżda hu weġibhom: “Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid Hu”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Esd 1, 1-6
    Salm: 125 (126), 1-2ab.2ċd-3.4-5.6

    L-Evanġelju: Lq 8, 16-18

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Ħadd ma jixgħel musbieħ u jgħattih b’għatu jew iqiegħdu taħt sodda, imma jqiegħdu fuq l-imnara, biex kull min jidħol ġewwa jara d-dawl. Għax ma hemm xejn moħbi li ma għadx jidher, u xejn ma hemm mistur li ma għadx jingħaraf u jinġieb għad-dawl…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 22 ta’ Settembru

  • Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Għam 8, 4-7
    Salm: 112 (113), 1-2.4-6.7-8
    It-Tieni Qari: 1 Tim 2, 1-8

    L-Evanġelju: Lq 16, 1-13

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Settembru

  • San Mattew, appostlu u evanġelista – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Efesin 4: 1-7.11-13
    Salm: 18: 2-5

    L-Evanġelju: Mt 9: 9-13

  • F’dak iż-żmien: Huwa u għaddej Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja”, qallu. Dak qam u mar warajh.

    U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu, rawh il-Fariżej, u qalu lid-dixxipli tiegħu: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom”? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Tim 6, 2ċ-12
    Salm: 48 (49), 6-7.8-10.17-18.19-20

    L-Evanġelju: Lq 8, 1-3

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qagħad idur l-ibliet u r-rħula, jipprietka u jxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla. Kellu miegħu t-Tnax u xi nisa li kien fejjaqhom mill-ispirti ħżiena u mill-mard: Marija, li kienu jgħidulha ta’ Magdala, li minnha kienu ħarġu seba’ xjaten, Ġwanna, mart Ħuża, prokuratur ta’ Erodi, Susanna, u ħafna oħrajn, li kienu jaqduhom minn ġidhom…

  • Kompli aqra »