• San Mattew, appostlu u evanġelista – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Efesin 4: 1-7.11-13
    Salm: 18: 2-5

    L-Evanġelju: Mt 9: 9-13

  • F’dak iż-żmien: Huwa u għaddej Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja”, qallu. Dak qam u mar warajh.

    U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu, rawh il-Fariżej, u qalu lid-dixxipli tiegħu: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom”?

    Hu semagħhom u qal: ‘It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda. Mela morru tgħallmu x’jiġifieri ‘Ħniena nistenna u mhux sagrifiċċju’; għax mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin.