L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Tim 4, 12-16
    Salm: 110 (111), 7-8.9.10

    L-Evanġelju: Lq 7, 36-50

  • F’dak iż-żmien, wieħed mill-Fariżej stieden lil Ġesù biex jiekol miegħu; Ġesù daħal għand il-Fariżew u qagħad għall-ikel. Issa fil-belt kien hemm midinba magħrufa. Din saret taf li kien qiegħed għall-ikel fid-dar tal-Fariżew; ġiebet vażett tal-alabastru biż-żejt ifuħ; u marret qagħdet warajh ħdejn riġlejh, tibki u xxarrablu riġlejh bi dmugħha u tixxuttahomlu b’xuxitha; imbagħad bisitlu riġlejh u dilkithomlu biż-żejt ifuħ…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Tim 3, 14-16
    Salm: 110 (111), 1-2.3-4.5-6

    L-Evanġelju: Lq 7, 31-35

  • F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: “Ma’ min, mela, se nxebbahhom in-nies ta’ dan iż-żmien? Lil min jixbhu? Jixbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazza, jgħajtu lil xulxin u jgħidu: “Daqqejnielkom il-flawt u ma żfintux, għannejnielkom għanja ta’ niket u ma ħabbattux fuq sidirkom!”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Tim 3, 1-13
    Salm: 100 (101) 1-2ab.2ċd-3ab.5.6

    L-Evanġelju: Lq 7, 11-17

  • F’dak iż-żmien, Ġesù mar f’belt jisimha Najn, u marru miegħu d-dixxipli tiegħu u kotra kbira ta’ nies. Kif wasal qrib il-bieb tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta’ nies mill-belt…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Tim 2, 1-8
    Salm: 27 (28), 2.7.8-9

    L-Evanġelju: Lq 7, 1-10

  • F’dak iż-żmien, Ġesù, meta spiċċa jgħid lin-nies kulma kellu jgħidilhom, daħal Kafarnahum. U jkun hemm ċenturjun li kellu qaddej għażiż ħafna għalih, li kien marid u wasal fl-aħħar. Iċ-ċenturjun sama’ b’Ġesù u bagħatlu xi wħud mix-xjuħ tal-Lhud biex jitolbuh jiġi jfejjaqlu l-qaddej…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 15 ta’ Settembru

  • L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eż 32, 7-11. 13-14
    Salm: 50 (51), 3-4.12-13. 17 u 19
    It-Tieni Qari: 1 Tim 1, 12-17

    L-Evanġelju: Lq 15, 1-32

  • F’dak iż-żmien, il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu lejn Ġesù bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Settembru

  • L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes – Festa Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Numri 21:4b-9
    Salm: 77, 1-2, 34-38

    L-Evanġelju: Ġw 3:14-17

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: «Ħadd ma tela’ s-sema ħlief Bin il-bniedem, li niżel mis-sema. U kif Mosè rafa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem.»

    Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Tim 1, 1-2.12-14
    Salm: 15 (16), 1-2a u 15. 7-8.11

    L-Evanġelju: Lq 6, 39-42

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu: “Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra? Id-dixxiplu mhuwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu.

    Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Kol 3, 12-17
    Salm: 150, 1-2.3-4.5-6

    L-Evanġelju: Lq 6, 27-38

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom. Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra; min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Kol 3, 1-11
    Salm: 144 (145), 2-3. 10-11.12-13ab

    L-Evanġelju: Lq 6, 20-26

  • F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Henjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna ta’ Alla. Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin. Henjin intom li għalissa tibkbu, għax għad tithennew…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Kol 2, 6-15
    Salm: 144 (145), 1-2.8-9.10-11

    L-Evanġelju: Lq 6, 12-19

  • Mela darba fost l-oħrajn Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun l-Imħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh…

  • Kompli aqra »