• Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Tim 3, 14-16
    Salm: 110 (111), 1-2.3-4.5-6

    L-Evanġelju: Lq 7, 31-35

  • F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: “Ma’ min, mela, se nxebbahhom in-nies ta’ dan iż-żmien? Lil min jixbhu? Jixbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazza, jgħajtu lil xulxin u jgħidu: “Daqqejnielkom il-flawt u ma żfintux, għannejnielkom għanja ta’ niket u ma ħabbattux fuq sidirkom!”.

    Għax tassew, ġie Ġwanni l-Battista, la jiekol ħobż u lanqas jixrob inbid, u intom tgħidu li “għandu fih xitan”. Ġie Bin il-bniedem, jiekol u jixrob, u tgħidu: “Araw, xi bniedem wikkiel u sakranazz, ħabib tal-pubblikani u l-midinbin!”. Imma l-ulied ta’ Alla kollha taw raġun lill-għerf tiegħu”.