L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Kol 1, 24 – 2, 3
    Salm: 61 (62), 6-7.9

    L-Evanġelju: Lq 6, 6-11

  • F’jum is-Sibt Ġesù daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. Kien hemm raġel li kellu idu l-leminija niexfa. Il-kittieba u l-Fariżej kienu moħħhom fih biex jaraw jekk ifejjaqx f’jum is-Sibt, ħalli b’hekk isibu fuqiex jixluh…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 8 ta’ Settembru

  • It-Twelid tal-Imqaddsa Verġni Marija – Solennità
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Mikea 5, 1-4a jew Rum 10, 9-18
    Salm: 12
    It-Tieni Qari: Rum 8, 28-30

    L-Evanġelju: Mt 1, 1-16. 18-23

  • Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, Bin David, bin Abraham. Abraham nissel ’l Iżakk, Iżakk nissel ’il Ġakobb, Ġakobb nissel ’il Ġuda u ’l ħutu, Ġuda nissel ’l Aram, Aram nissel ’il Għaminadab, Għaminadab nissel ’il Naħson, Naħson nissel ’il Salmon, Salmon nissel ’il Bogħoż, minn Raħab, Bogħoż nissel ’il Għobed, minn Rut, Għobed nissel ’il Ġesse…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Kol 1, 21-23
    Salm: 53 (54), 3-4.6 u 8

    L-Evanġelju: Lq 6, 1-5

  • Ġara li darba s-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu bdew jaqtgħu s-sbul, ifarrkuh b’idejhom u jikluh. Xi wħud mill-Fariżej qalulhom: “Dan kif qegħdin tagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Kol 1, 15-20
    Salm: 99 (100), 2.3.4.5

    L-Evanġelju: Lq 5, 33-39

  • F’dak iż-żmien, il-Fariżej u l-kittieba tagħhom qalu lil Ġesù: “Id-dixxipli ta’ Ġwanni sikwit isumu u joqogħdu jitolbu, u dawk tal-Fariżej ukoll, imma tiegħek jieklu u jixorbu!”. U Ġesù qalilhom: “Jaqaw tistgħu ġġagħlu lill-ħbieb tal-għarus isumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Kol 1, 9-14
    Salm: 97 (98), 2-3ab.3ċd-4.5-6

    L-Evanġelju: Lq 5, 1-11

  • Darba l-kotra bdiet tross fuq Ġesù biex tisma’ l-kelma ta’ Alla. Hu kien qiegħed f’xatt l-għadira ta’ Ġennesaret. U ra żewġ dgħajjes qegħdin max-xatt; is-sajjieda kienu niżlu minn fuqhom u kienu qegħdin jaħslu x-xbiek. Tela’ fuq waħda minnhom, li kienet ta’ Xmun, u talbu jaqla’ kemmxejn ’il barra mill-art; imbagħad qagħad bilqiegħda u beda jgħallem lin-nies mid-dgħajsa…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Kol 1, 1-8
    Salm: 51 (52), 10.11

    L-Evanġelju: Lq 4, 38-44

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qam u telaq mis-sinagoga, u daħal għand Xmun. Issa omm il-mara ta’ Xmun kellha fuqha deni qawwi, u talbuh jgħinha. Resaq fuqha, ordna lid-deni, u d-deni ħallieha. U minnufih qamet u bdiet isservihom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Tess 5, 1-6.9-11
    Salm: 26 (27), 1.4.13-14

    L-Evanġelju: Lq 4, 31-37

  • F’dak iż-żmien, Ġesù niżel Kafarnahum, belt tal-Galilija, u f’jum is-Sibt qagħad jgħallem lin-nies, li baqgħu mistagħġba bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax id-diskors tiegħu kien ta’ wieħed li għandu s-setgħa. U kien hemm raġel fis-sinagoga li kellu fih spirtu ta’ xitan imniġġes, u qabad jgħajjat b’leħen għoli: “Ah! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Settembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Tess 4, 13-18
    Salm: 95 (96), 1 u 3. 4-5.11-12.13

    L-Evanġelju: Lq 4, 16-30

  • F’dak iż-żmien, Ġesù ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Settembru

  • It-Tnejn u Għoxrin Ħadd taż-Żmien Ta’ Matul is-Sena
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Sir 3, 17-20.28-29
    Salm: 67 (68), 4-5aċ. 6-7ab. 10-11
    It-Tieni Qari: Lhud 12, 18-19. 22-24a

    L-Evanġelju: Lq 14, 1.7-14

  • Darba, kien is-Sibt, Ġesù daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. Billi ra b’għajnejh kif il-mistednin bdew jagħżlu l-postijiet ta’ quddiem fil-mejda, qalilhom din il-parabbola: “Meta wieħed jistiednek għal xi festa ta’ tieġ, tmurx toqgħod fil-post ta’ quddiem, li ma jkunx hemm xi mistieden aqwa minnek, u dak li jkun stieden lilek u lilu jiġi fuqek jgħidlek: “Agħti l-post lil dan”, u int imbagħad, b’regħxa ta’ mistħija fuqek, ikollok tieħu l-post tal-aħħar…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Tess 4, 9-11
    Salm: 97 (98), 1, 7-8.9

    L-Evanġelju: Mt 25, 14-30

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal din il-parabbola lid-dixxipli tiegħu: “Għax dan bħal wieħed li kien se jsiefer, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f’idejhom. Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skont il-ħila tiegħu…

  • Kompli aqra »