L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Tess 4, 1-8
    Salm: 96 (97), 1 u 2b. 5-6. 10. 11-12

    L-Evanġelju: Mt 25, 1-13

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Awwissu

  • Il-Martirju ta’ San Ġwanni l-Battista
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġer 1: 17-19
    Salm: 70, 1-6.15-17

    L-Evanġelju: Mk 6:17-29

  • F’dak iż-żmien: Erodi bagħat jarresta ’l Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba f’Erodja, mart ħuħ Filippu, billi kien iżżewwiġha hu. Għax Ġwanni lil Erodi kien jgħidlu: “Ma tistax iżżommha int il-mara ta’ ħuk.” Għalhekk Erodja saret tobogħdu u kienet trid toqtlu, imma ma kinitx tista’, għax Erodi, li kien jaf x’raġel tajjeb u qaddis kien Ġwanni, kien jibża minnu: u kien iħarsu mill-għawġ, u kien iħobb joqgħod jisimgħu, għad li kien jibqa’ mħasseb ħafna wara li jisimgħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Tess 2, 9-13
    Salm: 138 (139), 7-8.9-10.11-12ab

    L-Evanġelju: Mt 23, 27-32

  • F’dak iż-żmien, Ġesù waqt li kien qed jitkellem qal: “Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Qiskom oqbra mbajda: minn barra jidhru sbieħ, u minn ġewwa mimlija għadam tal-mejtin u kull xorta ta’ ħmieġ! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Tess 2, 1-8
    Salm: 138 (139), 1-3.4-6

    L-Evanġelju: Mt 23, 23-26

  • F’dak iż-żmien, Ġesù waqt li kien qed jitkellem qal: “Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tħallsu d-dieċmi fuq in-nagħniegħ u l-busbies u l-kemmun, u mbagħad tagħlqu għajnejkom għal dak li hu l-aqwa fil-Liġi, jiġifieri, il-ġustizzja u l-ħniena u s-sinċerità! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Tess 1, 1-5.8b-10
    Salm: 149, 1-2.3-4.5-6a u 9b

    L-Evanġelju: Mt 23, 13-22

  • F’dak iż-żmien, Ġesù beda jitkellem u jgħid: “Ħażin għalikom intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tagħlqu s-Saltna tas-Smewwiet għall-bnedmin, u la intom ma tidħlu fiha u lanqas tħallu lil ħaddieħor li jkun irid jidħol! …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 25 ta’ Awwissu

  • Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
    Qari tal-Jum
  • L-Ewwel Qari: Is 66, 18-21
    Salm: 116 (117), 1.2
    It-Tieni Qari: Lhud 12, 5-7. 11-13

    L-Evanġelju: Lq 13, 22-30

  • F’dak iż-żmien, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda jgħallem f’xi bliet u rħula. U kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Awwissu

  • San Bartilmew, Appostlu – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 21, 9b-14
    Salm: 144, 10-13.17-18

    L-Evanġelju: Ġw 1, 45-51

  • F’dak iż-żmien: Filippu sab ’il Natanael u qallu: “Sibna ’l dak li fuqu kitbu Mosè, fil-Liġi, u l-profeti, Ġesù ta’ Nazaret, bin Ġużeppi.” Qallu Natanael: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” “Ejja u ara,” wieġbu Filippu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Rut 1, 1.3-6.14b-16.22
    Salm: 145 (146), 5-6.7.8-9a.9bċ-10

    L-Evanġelju: Mt 22, 34-40

  • F’dak iż-żmien, il-Fariżej, meta semgħu kif Ġesù lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, inġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?”.

    Qallu Ġesù: ““Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Imħ 11, 29-39a
    Salm: 39 (40), 5.7-8a.8b-9.10

    L-Evanġelju: Mt 22, 1-14

  • F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ qabad ikellem lill-kbarat tal-qassisin u lill-fariżej bil-parabboli u qalilhom: “Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Awwissu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Imħ 6, 11-24a
    Salm: 84 (85), 9.11-12.13-14

    L-Evanġelju: Mt 19, 23-30

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew ngħidilkom li l-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet! Iva, nerġa’ ngħidilkom, eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet”. Id-dixxipli stagħġbu ħafna meta semgħu dan, u qalu: “Mela min jista’ jsalva?”…

  • Kompli aqra »