L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ April

  • Il-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Rum 8, 31b-39
    Salm: 17 

    L-Evanġelju: Ġw 19: 25-27

  • Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù, ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa u Marija ta’ Magdala.

    Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hemm hu ibnek”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ April

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 17, 3-9
    Salm: 104 (105), 4-5.6-7.8-9

    L-Evanġelju: Ġw 8, 51-59

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Tassew tassew ngħidilkom li min iħares il-kelma tiegħi ma jara qatt il-mewt”. Qalulu l-Lhud: “Issa tassew nafu li għandek Xitan fik. Abraham miet, u l-profeti wkoll; u inti tgħid: “Jekk xi ħadd iħares kelmti ma jduq qatt il-mewt”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ April

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Dan 3, 14-20.91-92.95
    Salm: Dan 3, 52.53-54.55-56

    L-Evanġelju: Ġw 8, 31-42

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: “Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom”. Qalulu: “Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta’ ħadd. Kif tiġi tgħidilna li nkunu ħielsa?”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ April

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Num 21, 4-9
    Salm: 101 (102), 2-3.16-18.19-21

    L-Evanġelju: Ġw 8, 21-30

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Fariżej: “Jiena mmur, u intom għad tfittxuni, imma għad tmutu fid-dnub tagħkom. Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu”. Qalu l-Lhud: “Jaqaw se jneħħi ħajtu b’idejh dan? Għax qal: “Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ April

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Dan 13, 1-9.15-17.19-30.33-62
    Salm: 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6

    L-Evanġelju: Ġw 8, 12-20

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qabad ikellem lill-Fariżej u jgħidilhom: “Jiena d-dawl tad-dinja. Min jiġi warajja ma jimxix fid-dlam, iżda jkollu d-dawl tal-ħajja”. Qalulu l-Fariżej: “Qiegħed tixhed int għalik innifsek; mela x-xhieda tiegħek mhix minnha”.

    Weġibhom Ġesù: “U wkoll kieku kelli nixhed jien għalija nnifsi, ix-xhieda tiegħi kienet tgħodd, għax jiena naf minn fejn ġej u fejn sejjer…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ April

  • Il-Ħames Ħadd tar-Randan
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Is 43, 16-21
    Salm: 125 (126), 1-2ab. 2ċd-3.4-5.6
    It-Tieni Qari: Fil 3, 8-14

    L-Evanġelju: Ġw 8, 1-11

  • F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn l-Għolja taż-Żebbuġ. Imma l-għada qabel is-sebħ raġa’ mar fit-tempju, u l-poplu kollu ġie ħdejh, u hu qagħad bilqiegħda jgħallimhom. Imbagħad il-kittieba u l-fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li kienet inqabdet fl-adulterju…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ April

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġer 11, 18-20
    Salm: 7, 2-3.9bċ-10.11-12

    L-Evanġelju: Ġw 7, 40-53

  • F’dak iż-żmien, meta xi wħud min-nies semgħu kliem Ġesù, qalu: “Tassew dan hu l-Profeta”. Oħrajn qalu: “Dan hu l-Messija”. Iżda xi wħud qalu: “Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta’ David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ April

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Għerf 2, 1a.12-22
    Salm: 33 (34), 17-18.19-20.21 u 23

    L-Evanġelju: Ġw 7, 1-2.10.25-30

  • F’dak iż-żmien, Ġesù baqa’ jdur fil-Galilija, għax ma riedx joqgħod idur fil-Lhudija billi l-Lhud kienu qegħdin ifittxu li joqtluh. Kienet qorbot għal-Lhud il-festa tal-Għerejjex. Wara li ħutu telgħu għall-festa tela’ hu wkoll, mhux bid-dieher, imma bil-moħbi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ April

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżodu 32, 7-14
    Salm: 105 (106), 19-20.21-22.23

    L-Evanġelju: Ġw 5, 31-47

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud: “Kieku jien kelli nagħti xhieda fuqi nnifsi, ix-xhieda tiegħi ma kinitx tkun minnha. Hemm ħaddieħor li jagħti xhieda fuqi, u jiena naf li x-xhieda li jagħti fuqi hu hi minnha.

    Intom bgħattu tistaqsu lil Ġwanni, u hu ta xhieda għall-verità…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ April

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 49, 8-15
    Salm: 144 (145), 8-9.13ċd-14.17-18

    L-Evanġelju: Ġw 5, 17-30

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-ġemgħa tal-Lhud: “Missieri għadu jaħdem sa issa; mela naħdem jien ukoll”. U minħabba f’hekk il-Lhud wisq iżjed minn qabel bdew ifittxu li joqtluh, mhux biss għax kien jikser is-Sibt, imma wkoll għax lil Alla kien jgħidlu Missieru u jqis ruħu daqs Alla…

  • Kompli aqra »