L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 6, 1-6
Salm: 50 (51), 3-4.18-19.20-21ab

L-Evanġelju: Lq 18, 9-14

F’dak iż-żmien, kien hemm uħud li kienu jafdaw fihom infushom li huma ġusti u kienu jmaqdru lill-oħrajn. Ġesù qalilhom din il-parabbola: “Żewġt irġiel, wieħed Fariżew u l-ieħor pubblikan, telgħu fit-tempju biex jitolbu. Il-Fariżew, wieqaf, talab hekk f’qalbu: “O Alla, niżżik ħajr li m’iniex bħall-bqija tal-bnedmin, ħalliela, inġusti, żienja, jew ukoll bħal dan il-pubblikan… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 14, 2-10
Salm: 80 (81), 6ċ-8a.8bċ-9.10-11ab.14 u 17

L-Evanġelju: Mk 12, 28b-34

F’dak iż-żmien, wieħed mill-kittieba resaq fuq Ġesù u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?”. Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: “Isma’ Iżrael! Il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Marzu

San Ġużepp, l-Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 7, 4-5a.12-14a.16
Salm: 88, 2-5.27.29
It-Tieni Qari: Rum 4, 13.16-18.22

L-Evanġelju: Mt 1, 16.18-21.24a

Ġakobb nissel ’il Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejħulu Kristu. It-tnissil ta’ Ġesù Kristu sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, ħarġet tqila bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 4, 1.5-9
Salm: 147, 12-13.15-16.19-20

L-Evanġelju: Mt 5, 17-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom, iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom. Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 3, 25.34-43
Salm: 24 (25), 4bċ-5ab.6-7bċ.8-9

L-Evanġelju: Mt 18, 21-35

F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. Wieġbu Ġesù: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet. Imma sa sebgħa u sebgħin darba.

Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Slat 5, 1-15a
Salm: 41 (42), 2.3; 42 (43), 3.4

L-Evanġelju: Lq 4, 24-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie Nazaret, daħal fis-sinagoga u qal lill-ġemgħa: “Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu. Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f’Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa’ tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa’ ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta’ Sidon… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 15 ta’ Marzu

It-Tielet Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 17, 3-7
Salm: 94 (95), 1-2.6-7.8-9
It-Tieni Qari: Rum 5, 1-2.5-8

L-Evanġelju: Ġw 4, 5-42

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie f’belt tas-Samarija, jisimha Sikar, qrib il-biċċa art li Ġakobb kien ta lil ibnu Ġużeppi, fejn kien hemm ukoll il-bir ta’ Ġakobb. Kien għall-ħabta tas-sitt siegħa, u Ġesù, għajjien kif kien mill-mixi, qagħad bilqiegħda ħdejn il-bir… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mikea 7, 14-15.18-20
Salm: 102 (103), 1-2.3-4.9-10.11-12

L-Evanġelju: Lq 15, 1-3.11-32

F’dak iż-żmien, il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu lejn Ġesù bi ħġarhom biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!”. U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola:

“Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 37, 3-4.12-13a.17b-28
Salm: 104 (105), 16-17.18-19.20-21

L-Evanġelju: Mt 21, 33-43.45-46

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra.

Meta wasal żmien il-frott, bagħat il-qaddejja tiegħu għand dawk il-bdiewa biex jiġbrulu l-frott li kien imissu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 17, 5-10
Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

L-Evanġelju: Lq 16, 19-31

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Fariżej: “Kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda tal-għani… Kompli aqra »