L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġona 3, 1-10
    Salm: 50 (51), 3-4.12-13.18-19

    L-Evanġelju: Lq 11, 29-32

  • Meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 55, 10-11
    Salm: 33 (34), 4-5.6-7.16-17.18-19 L-Evanġelju: Mt 6, 7-15
  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom.

    Mela itolbu hekk: Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lev 19, 1-2.11-18
    Salm: 18 (19), 8.9.10.15

    L-Evanġelju: Mt 25, 31-46

     

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 10 ta’ Marzu

  • L-Ewwel Ħadd tar-Randan
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Dewt 26, 4-10
    Salm: 90 (91), 1-2.10-11.12-13.14-15
    It-Tieni Qari: Rum 10, 8-13

    L-Evanġelju: Lq 4, 1-13

     

  • F’dak iż-żmien, Ġesù, mimli bl-Ispirtu s-Santu, raġa’ lura mill-Ġordan u l-Ispirtu ħadu fid-deżert. Hemm għal erbgħin jum Ġesù kien imġarrab mix-Xitan. Matul dawk il-jiem ma kiel xejn; u mbagħad, meta għaddew dawk il-jiem, ħadu l-ġuħ…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum

  • L-Ewwel Qari: Iż 58, 9b-14
    Salm: 85 (86), 1-2.3-4.5-6

    L-Evanġelju: Lq 5, 27-32

  • F’dak iż-żmien, Ġesù lemaħ wieħed pubblikan, jismu Levi, bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu: “Ejja warajja!”. Dak telaq kollox, qam u mar warajh. Imbagħad Levi għamillu laqgħa kbira f’daru stess, u kien hemm magħhom fuq il-mejda kotra kbira ta’ pubblikani u nies oħra…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 58, 1-9a
    Salm: 50 (51), 3-4.5-6a.18-19

    L-Evanġelju: Mt 9, 14-15

     

  • F’dak iż-żmien, resqu lejn Ġesù id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”.

    Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Dewt 30, 15-20
    Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

    L-Evanġelju: Lq 9, 22-25

     

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, jiċħduh ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum”.

    Darba qal lil kulħadd: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Marzu

  • L-Erbgħa tal-Irmied
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġoel 2, 12-18
    Salm: 50 (51), 3-4.5-6a.12-13.14 u 17
    It-Tieni Qari: 2 Kor 5, 20 – 6, 2

    L-Evanġelju: Mt 6, 1-6.16-18

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Sir 35, 1-15
    Salm: 49 (50), 5-6.7-8.14 u 23

    L-Evanġelju: Mk 10, 28-31

     

  • F’dak iż-żmien, qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk”.

    Qallu Ġesù: “Tassew ngħidilkom, li fost dawk kollha li minħabba fija u l-Evanġelju jħallu lil darhom jew lil ħuthom jew lil ommhom jew lil missierhom jew lil uliedhom jew l-għelieqi tagħhom, ma hemm ħadd fosthom li minn issa, f’din id-dinja stess, ma jirċevix, għal mitt darba iktar, djar, aħwa, subien u bniet, ommijiet, ulied u għelieqi flimkien ma’ persekuzzjonijiet, u l-ħajja ta’ dejjem fiż-żmien li ġej…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Sir 17, 20-28
    Salm: 31 (32), 1-2.5.6.7-8 L-Evanġelju: Mk 10, 17-27

     

  • F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien se jaqbad it-triq, mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkupptejh quddiemu u qallu: “Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”. Ġesù qallu: “Għaliex qiegħed issejjaħli tajjeb? Ħadd ma hu tajjeb ħlief Alla biss…

  • Kompli aqra »