L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-Ħadd: 3 ta’ Marzu

  • It-Tmien Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Sir 27, 5-8
    Salm: 91 (92), 2-3.13-14.15-16
    It-Tieni Qari: 1 Kor 15, 54-58

    L-Evanġelju: Lq 6, 39-45

     

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli din il-parabbola: “Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra? Id-dixxiplu mhuwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Sir 17, 1-13
    Salm: 102 (103), 13-14.15-16.17-18a

    L-Evanġelju: Mk 10, 13-16

     

  • F’dak iż-żmien, ġiebu quddiem Ġesù xi tfal ċkejknin biex iberikhom, iżda d-dixxipli tiegħu qabdu jgħajtu magħhom. Ġesù, meta ra hekk, inkorla u qalilhom: “Ħalluhom it-tfal żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna ta’ Alla…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Marzu

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Sir 6, 5-17
    Salm: 118 (119), 12.16.18.27.34.35

    L-Evanġelju: Mk 10, 1-12

     

  • F’dak iż-żmien, Ġesù telaq minn Kafarnahum u mar fl-art tal-Lhudija u ’l hemm mill-Ġordan, u n-nies mill-ġdid inġabret madwaru; u hu, kif kienet id-drawwa tiegħu, raġa’ qabad jgħallimhom. Resqu xi Fariżej lejh, u biex iġarrbuh staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Sir 5, 1-10
    Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

    L-Evanġelju: Mk 9, 41-50

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Min jagħtikom tazza ilma x’tixorbu għax intom tal-Messija, ngħidilkom is-sewwa li ma jibqax mingħajr il-ħlas tiegħu. Imma min jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin li jemmnu fija, ikun jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin minn dawk li jdawru l-ħmir u jixħtuh fil-baħar…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Sir 4, 12-22
    Salm: 118 (119), 165.168.171.172.174.175

    L-Evanġelju: Mk 9, 38-40

     

  • F’dak iż-żmien, Ġwanni qal lil Ġesù: “Mgħallem, wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna”.

    Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Sir 2, 1-13
    Salm: 36 (37), 3-4.18-19.27-28.39-40

    L-Evanġelju: Mk 9, 30-37

  • F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli għaddew minn nofs il-Galilija, u hu ma ried li ħadd ikun jaf, għax beda jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Sir 1, 1-10
    Salm: 92 (93), 1ab.1ċ-2.5

    L-Evanġelju: Mk 9, 14-29

  • F’dak iż-żmien, Ġesù, Pietru, Ġakbu u Ġwanni, niżlu minn fuq il-muntanja u ġew ħdejn id-dixxipli l-oħra, rawhom b’kotra kbira ta’ nies madwarhom, u xi kittieba jitlewmu magħhom. In-nies, kif rawh, ilkoll stagħġbu ħafna u ġrew lejh biex isellmulu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 24 ta’ Frar

  • Is-Seba’ Ħadd taż-żmien ta’ Matul is-Sena
  • L-Ewwel Qari: 1 Sam 26, 2.7-9.12-13.22-23
    Salm: 102 (103), 1-2.3-4.8 u 10.12-13
    It-Tieni Qari: 1 Kor 15, 45-49

    L-Evanġelju: Lq 6, 27-38

     

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Imma lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 11, 1-7
    Salm: 144 (145), 2-3.4-5.10-11

    L-Evanġelju: Mk 9, 2-13

  • F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. Ilbiesu sar abjad u jgħammex b’dija tal-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Frar

  • Il-Katedra ta’ San Pietru, Appostlu – Festa Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Piet 5,1-4
    Salm: 22,1-6

    L-Evanġelju: Mt 16,13-19

  • F’dak iż-żmien: Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti.” “Imma intom, min tgħidu li jien?” staqsiehom…

  • Kompli aqra »