L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġen 1, 1-19
    Salm: 103 (104), 1-2a.5-6.10 u 12.24 u 35ċ

    L-Evanġelju: Mk 6, 53-56

     

  • F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli, wara li qasmu għan-naħa l-oħra, waslu l-art f’Ġennesaret u rabtu d-dgħajsa max-xatt. Niżlu mid-dgħajsa, u n-nies minnufih għarfuh u marru jiġru ma’ dawk l-inħawi kollha…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 10 ta’ Frar

  • In-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl, Solennità Qari tal-jum

     

  • L-Ewwel Qari: Għerf 14, 3-7
    Salm: 106, 21-31
    It-Tieni Qari: Atti 27, 16 – 28, 6

    L-Evanġelju: Mark 16, 15-20

     

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Ħdax: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 13, 15-17.20-21
    Salm: 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6

    L-Evanġelju: Mark 6, 30-34

  • F’dak iż-żmien, l-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kulma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit”. Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 13, 1-8
    Salm: 26 (27), 1.3.5.8b-9abċ

    L-Evanġelju: Mark 6, 14-29

  • F’dak iż-żmien, is-sultan Erodi sama’ b’Ġesù, għax ismu kien sar magħruf, u xi wħud bdew jgħidu: “Ġwanni l-Battista qam mill-imwiet; minħabba f’hekk li s-setgħat tal-mirakli qegħdin jaħdmu fih”. Imma oħrajn bdew jgħidu: “Dan Elija”. U oħrajn: “Profeta, bħal wieħed mill-profeti l-oħra”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 12, 18-19.21-24
    Salm: 47 (48), 2-3a.3b-4.9.10-11

    L-Evanġelju: Mark 6, 7-13

  • F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ it-Tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena. U wissiehom biex ma jieħdu xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar: la ħobż, la ħorġa, lanqas flus fi ħżiemhom; imma li jilbsu l-qrieq u ma jxiddux żewġ ilbiesi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 12, 4-7.11-15
    Salm: 102 (103), 1-2.13-14.17-18a

    L-Evanġelju: Mk 6, 1-6

  • F’dak iż-żmien, Ġesù mar lejn pajjiżu u d-dixxipli tiegħu marru miegħu. Meta wasal is-Sibt, daħal jgħallem fis-sinagoga, u l-ħafna li semgħuh bdew jistagħġbu u jgħidu: “Mnejn kisbu dan kollu? U x’inhu dan l-għerf li ngħatalu biex saħansitra qegħdin isiru dawn l-għeġubijiet kbar b’idejh? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 12, 1-4
    Salm: 21 (22), 26b-27.28 u 30.31-32

    L-Evanġelju: Mk 5, 21-43

  • F’dak iż-żmien, wara li Ġesù raġa’ qasam bid-dgħajsa għax-xatt l-ieħor, waqt li kien ħdejn il-baħar inġabret madwaru kotra kbira ta’ nies. U ġie wieħed mill-kapijiet tas-sinagoga, jismu Ġajru. Dan, malli rah, inxteħet f’riġlejh, u talbu ħafna u qallu: “Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idejk fuqha, ħalli tfiq u tgħix”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Frar

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Lhud 11, 32-40
    Salm: 30 (31), 20.21.22.23.24

    L-Evanġelju: Mark 5, 1-20

  • F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu waslu x-xatt l-ieħor tal-baħar u ġew fil-pajjiż tal-Gerasin. Kif niżel mid-dgħajsa, resaq fuqu wieħed, li ħareġ mill-oqbra, li kien maħkum minn spirtu ħażin. Dan kien jgħammar fl-oqbra, u ħadd ma kien jista’ jżommu marbut, anqas b’katina, għax bosta drabi laħqu rabtuh bix-xkiel u bil-ktajjen u hu kien jaqsam il-ktajjen u jkisser ix-xkiel, u ħadd ma kellu l-ħila jżommu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 3 ta’ Frar

  • Ir-Raba’ Ħadd matul is-Sena Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġer 1, 4-5. 17-19
    Salm: 70 (71), 1-2. 3-4a. 5-6ab. 15ab u 17
    It-Tieni Qari: 1 Kor 12, 31 – 13, 13

    L-Evanġelju: Luqa 4, 21-30

  • F’dak iż-żmien Ġesù qal lin-nies fis-sinagoga: “Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu”. U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: “Dan mhuwiex bin Ġużeppi?”. Iżda hu qalilhom: “Żgur li se tgħidu għalija dan il–proverbju: “Tabib, fejjaq lilek innifsek”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Frar

  • Il-Preżentazzjoni tal-Mulej – Solennità Qari tal-jum

     

  • L-Ewwel Qari: Mal 3,1-4
    Salm: 23, 7-10
    It-Tieni Qari: Lhud 2, 14-18

    L-Evanġelju: Luqa 2, 22-40

  • Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skont il-Liġi ta’ Mosè, Marija u Ġużeppi ħadu lil Ġesù Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej, li ‘kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej,’ u biex joffru b’sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen,’ kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej…

  • Kompli aqra »