L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 25, 6-10a
    Salm: 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6

    L-Evanġelju: Mattew 15, 29-37

  • F’dak iż-żmien, Ġesù mar ħdejn il-baħar tal-Galilija; tala’ fuq l-għolja u qagħad bilqiegħda hemm. U bdew resqin lejh ġemgħat kbar ta’ nies, li kellhom magħhom zopop, għomja, persuni b’diżabbiltà, imbikkmin, u ħafna oħrajn; qegħduhomlu f’riġlejh, u hu fejjaqhom, hekk li n-nies kollha baqgħu mistagħġba meta raw l-imbikkmin jitkellmu, l-persuni b’diżabbiltà qawwijin u sħaħ, iz-zopop jimxu u l-għomja jaraw; u bdew jagħtu glorja lil Alla ta’ Iżrael…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 11, 1-10
    Salm: 71 (72), 2.7-8.12-13.17

    L-Evanġelju: Luqa 10, 21-24

  • F’dak iż-żmien, Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf min hu l-Iben ħlief il-Missier, anqas min hu l-Missier ħlief l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Iż 2, 1-5
    Salm: 121 (122), 1-2.3-4a. 4b-5.6-7.8-9

    Evanġelju: Mattew 8, 5-11

  • F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq”. Qallu Ġesù: “Niġi jien infejqu”.

    Qallu ċ-ċenturjun: “Sinjur, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 2 ta’ Diċembru

  • L-Ewwel Ħadd tal-Avvent Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Ġer 33, 14-16
    Salm: 24 (25), 4bċ-5ab. 8-9.10.14
    It-Tieni Qari: 1 Tess 3, 12 – 4, 2

    Evanġelju: Luqa 21, 25-28.34-36

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ikun hemm sinjali fix-xemx u l-qamar u l-kwiekeb. Il-ġnus fuq l-art, b’qalbhom ittaqtaq, ma jafux x’jaqbdu jagħmlu minħabba l-ħsejjes tal-baħar u tal-imwieġ; in-nies ruħhom ħierġa bil-biża’ billi jobsru x’ikun ġej fuq id-dinja, għax il-qawwiet tas-smewwiet jitqallbu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 22, 1-7
    Salm: 94 (95), 1-2.3-5.6-7

    Evanġelju: Luqa 21, 34-36

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Oqogħdu attenti, u qisu li l-ikel u x-xorb żejjed u s-sokor ma jmewtulkomx qalbkom, u tħallux li l-ħafna tħassib għall-ħtiġiet tal-ħajja jeħdilkom raskom, li ma ssibuhx dak il-Jum fuqkom għal għarrieda.Għax hu Jum li għad jaqa’ bħal nassa fuq kull min jgħammar fuq wiċċ l-art kollha…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Rum 10, 9-18
    Salm: 18, 2-5

    Evanġelju: Mattew 4, 18-22

  • F’dak iż-żmien: Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, Ġesù lemaħ żewġ aħwa, Xmun, jgħidulu Pietru, u Indrì ħuh, qegħdin ikalaw ix-xbiek il-baħar, għax kienu sajjieda. U qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin”. U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 18, 1-2.21-23; 19, 1-3.9a
    Salm: 99 (100), 2.3.4.5

    Evanġelju: Luqa 21, 20-28

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta mbagħad taraw lil Ġerusalemm magħluqa minn kullimkien bl-eżerċti, tkunu tafu li l-qerda tagħha tkun waslet. Ħa jaħarbu mbagħad lejn il-muntanji dawk li jkunu fil-Lhudija u jitbiegħdu minnha dawk li jkunu ġo nofsha, u ma jerġgħux lura fiha dawk li jkunu fir-raba’; għax dawk ikunu jiem il-kastig li fihom iseħħ kulma hemm miktub…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 15, 1-4
    Salm: 97 (98), 1.2-3ab.7-8.9

    Evanġelju: Luqa 21, 12-19

  • F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jixħtu jdejhom fuqkom u jippersegwitawkom, jagħtukom f’idejn il-mexxejja tas-sinagoga u jitfgħukom il-ħabs, u jeħdukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba f’ismi. Dan ikun jiswielkom biex tistgħu tagħtu xhieda. U żommu sewwa f’moħħkom: toqogħdux taħsbu minn qabel kif se tiddefendu ruħkom, għax jien nagħtikom kliem u għerf li kull min ikun kontra tagħkom ma jkunx jista’ jiqaflu jew imerih…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 14, 14-19
    Salm: 95 (96), 10.11-12.13

    Evanġelju: Luqa 21, 5-11

  • F’dak iż-żmien, kien hemm xi wħud li bdew jgħidu fuq kemm it-tempju kien imżejjen b’ġebel sabiħ u għotjiet; iżda Ġesù qalilhom:“Kulma qegħdin taraw, għad jiġi żmien li ma tibqax ġebla fuq oħra minnu li ma tiġġarrafx”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Novembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Apok 14, 1-3.4b-5
    Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6

    Evanġelju: Luqa 21, 1-4

  • F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh u ra l-għonja jitfgħu l-offerti tagħhom fit-teżor tat-tempju. U ra wkoll waħda armla fqira titfa’ biċċtejn żgħar tal-flus, u qal: “Ngħidilkom is-sew, din l-armla fqira tefgħet iktar minnhom ilkoll. Għax dawn kollha għamlu offerti miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet dak kollu li kellha biex tgħix”…

  • Kompli aqra »