L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ April

  • It-Tlieta tat-Tieni Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 3:7b-15 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: “La tistagħġibx jekk jiena għedtlek li jeħtiġilkom titwieldu mill-ġdid. Ir-riħ fejn irid jonfoħ; tisma’ ħossu, imma ma tafx mnejn hu ġej jew fejn hu sejjer. Hekk jiġri minn kull min jitwieled mill-Ispirtu”. “Kif qatt jista’ jkun dan?”, raġa’ qallu Nikodemu.

    U Ġesù qallu: “Inti mgħallem f’Iżrael u dan ma tafux? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ April

  • It-Tħabbira tal-Mulej – Solennità

    San Luqa 1: 26-38 

    F’dak iż-żmien: L-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija. Daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.” Għal dan il-kliem tħawdet, u bdiet titħasseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet tfisser dik it-tislima…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 8 ta’ April

  • It-Tieni Ħadd tal-Għid / Ħadd tal-Ħniena Divina

    San Ġwann 20:19-31 

    Dakinhar filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Kif qal hekk, uriehom idejh u ġenbu. Id-dixxipli ferħu meta raw lill-Mulej. Imbagħad Ġesù tenna jgħidilhom: “Is-sliem għalikom! Kif il-Missier bagħat lili, hekk jien nibgħat lilkom”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ April

  • Is-Sibt tal-Ottava tal-Għid

    San Mark 16: 9-15

    Wara li qam mill-mewt filgħodu kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa Ġesù deher l-ewwel lil Marija ta’ Magdala, li minnha kien keċċa seba’xjaten. Din marret tħabbar kollox lil sħabu, li kienu qalbhom sewda u jibku. Imma dawn, meta semgħuha tgħid li hu kien ħaj u li ratu, ma emmnuhiex.

    Wara dan, wera ruħu taħt sura oħra lil tnejn minnhom huma u sejrin bil-mixi lejn ir-raba’…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ April

  • Il-Ġimgħa tal-Ottava tal-Għid

    San Ġwann 21:1-14 

    F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien, u Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad”. Qalulu: “Ħa niġu miegħek aħna wkoll”.

    Marru, rikbu d-dgħajsa, u dak il-lejl ma qabdu xejn…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ April

  • Il-Ħamis tal-Ottava tal-Għid

    San Luqa 24:35-48 

    F’dak iż-żmien, id-dixxipli ta’ Għemmaws kienu qegħdin itarrfu x’kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż. Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma.

    Iżda hu qalilhom: “Għaliex tħawwadtu? Għaliex dan it-tħassib kollu f’qalbkom? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ April

  • L-Erbgħa tal-Ottava tal-Għid

    San Luqa 24:13-35 

    Dakinhar stess, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, ġara li tnejn mid-dixxipli kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi ħdax-il kilometru bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kulma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom. Imma għajnejhom kellhom xi jżommhom u ma setgħux jagħrfuh…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ April

  • It-Tlieta tal-Ottava tal-Għid

    San Ġwann 20: 11-18 

    F’dak iż-żmien, Marija baqgħet ’il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta’ Ġesù. Huma qalulha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki?”. Hi wieġbet: “Għax ħadu lil Sidi, u ma nafux fejn qegħduh”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ April

  • It-Tnejn tal-Ottava tal-Għid

    San Mattew 28:8-15 

    F’dak iż-żmien, in-nisa telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża’ u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu. U ara, iltaqa’ magħhom Ġesù u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma resqu lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu. Imbagħad Ġesù qalilhom: “Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Għid il-Kbir: 1 ta’ April

  • L-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet

    Solennità – Quddiesa tal-Jum

    San Ġwann 20:1-9 

    Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu lill-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!”…

  • Kompli aqra »